EUR-Lex Dostop do prava EU

Nazaj na domačo stran EUR-Lex

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62008TA0170

Kawża T-170/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni vs ID FOS Research ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ għajnuna finanzjarja li jikkonċernaw proġetti fil-qasam tat-teknoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji tal-materjali — Rimbors ta’ parti minn somom imħallsa — Interessi moratorji” )

ĠU C 380, 27.10.2014, str. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/5


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni vs ID FOS Research

(Kawża T-170/08) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ għajnuna finanzjarja li jikkonċernaw proġetti fil-qasam tat-teknoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji tal-materjali - Rimbors ta’ parti minn somom imħallsa - Interessi moratorji”))

2014/C 380/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Konvenut: ID Fiber Optic Sensing Research (ID FOS Research) (Mol, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Walravens u J. De Wachter, sussegwentement minn P. Walravens u C. Lebon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex tiġi rrimborsata parti mis-somom imħallsa mill-Kummissjoni, flimkien ma’ interessi moratorji, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt BRPR-CT-95-0099, konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka u żvilupp, inkluża demostrazzjoni, fil-qasam tat-teknoloġija industrijali u tat-teknoloġiji tal-materjali (Brite-Euram III)

Dispożittiv

1)

ID Fiber Optic Sensing Research (ID FOS Research) hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 21  599,26, flimkien ma’ interessi moratorji:

bir-rata ta’ 4,75 % fis-sena li jibdew jiddekorru mill-1 ta’ Lulju 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2002;

bir-rata ta’ 6,75 % fis-sena li jibdew jiddekorru mill-1 ta’ Jannar 2003 u sad-data ta’ din is-sentenza;

bir-rata annwali applikata skont il-Liġi tal-Ingilterra u Wales, li hija bħalissa s-Sezzjoni 17 tal-Judgment Courts Act, 1838, kif emendat, bil-limitu ta’ rata ta’ 6,75 % fis-sena, li jibdew jiddekorru minn din is-sentenza u sas-saldu sħiħ tad-dejn.

2)

ID FOS Research hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


Na vrh