Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0406

Kawża T-406/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Mejju 2014 – Donau Chemie vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni fil-proċedura amministrattiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trattament ugwali — Proporzjonalità — Kapaċità kontributtiva” )

ĠU C 202, 30.6.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Donau Chemie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/09) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni fil-proċedura amministrattiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Kapaċità kontributtiva”))

2014/C 202/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Donau Chemie AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Polster, W. Brugger u M. Brodey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn N. von Lingen u M. Kellerbauer, aġenti, assistiti minn T. Eilmansberger, professur, N. von Lingen u M. Kellerbauer)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet impost fuqha mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa impost fuq Donau Chemie AG skont l-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), huwa stabbilit għal EUR 4.35 miljun.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Donau Chemie għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 90 % minn dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż sostnuti minn Donau Chemie.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


Top