EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0254

Kawża C-254/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége vs Oskar Shomodi (Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri — Regolament (KE) Nru 1931/2006 — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Tul massimu tas-soġġorn — Regoli dwar il-kalkolu)

ĠU C 156, 1.6.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége vs Oskar Shomodi

(Kawża C-254/11) (1)

(Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri - Regolament (KE) Nru 1931/2006 - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Tul massimu tas-soġġorn - Regoli dwar il-kalkolu)

2013/C 156/05

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szabolcs-Szatmár-Bereg Megyei Rendőrkapitányság Záhony Határrendészeti Kirendeltsége

Konvenut: Oskar Shomodi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(a), 3(3) u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi r regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal Istati Membri u li jemenda d-dispożizjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (ĠU L 405, p. 1), kif ukoll tad-dispożizzjonijiet l-oħra rilevanti tal-acquis Schengen — Ċaħda tal-applikazzjoni għad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz fil-kuntest tar-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera, immotivata mill-fatt li t-tul akkumulat tas-soġġorni individwali mwettqa mill-persuna kkonċernata fl-Istat Membru inkwistjoni fis-sitt xhur preċedenti għall-applikazzjoni għad-dħul inkwistjoni eċċeda t-tul massimu awtorizzat — Regoli għall-kalkolu tat-tul massimu ta’ soġġorn taħt ir-regoli dwar it traffiku lokali tal-fruntiera

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li jkollha permess għall-qsim lokali tal-fruntiera mogħti fil-kuntest tas-sistema speċifika tat-traffiku lokali tal-fruntiera implementata permezz ta’ dan ir-regolament għandha tkun tista’, fil-limiti previsti mir-regolament imsemmi u mill-ftehim bilaterali konkluż għall-finijiet tal-applikazzjoni tiegħu bejn il-pajjiż terz li tiegħu din il-persuna tkun ċittadina u l-Istat Membru ġar, minn naħa, tiċċaqlaq liberament fiż-żona tal-fruntiera matul tliet xhur jekk is-soġġorn tagħha hemmhekk ma jkunx interrott u, min-naħa l-oħra, tibbenefika minn dritt ġdid ta’ soġġorn għal tliet xhur wara kull interruzzjoni tas-soġġorn tagħha.

(2)

L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1931/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-interruzzjoni tas-soġġorn imsemmija f’dan l-artikolu testendi għall-passaġġ, irrispettivament mill-frekwenza tiegħu u anki jekk isir iktar minn darba kuljum, mill-fruntiera bejn l-Istat Membru tal-fruntiera u l-pajjiż terz fejn tirrisjedi l-persuna li jkollha l-permess għall-qsim lokali tal-fruntiera, inkonformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ dan il-permess.


(1)  ĠU C 232, 06.08.2011.


Top