Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0155

    Kawża C-155/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 20 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 43 KE — Artikoli 4, 28 u 31 tal-Ftehim li jistabbilixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea — Leġiżlazzjoni fiskali — Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment mal-ewwel xiri ta’ proprjetà immobbli — Eżenzjoni rriżervata biss lir-residenti fit-territorju nazzjonali kif ukoll liċ-ċittadini ta’ oriġini Griega li ma humiex residenti fil-pajjiż fid-data tax-xiri)

    ĠU C 80, 12.3.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-155/09) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 43 KE - Artikoli 4, 28 u 31 tal-Ftehim li jistabbilixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea - Leġiżlazzjoni fiskali - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment mal-ewwel xiri ta’ proprjetà immobbli - Eżenzjoni rriżervata biss lir-residenti fit-territorju nazzjonali kif ukoll liċ-ċittadini ta’ oriġini Griega li ma humiex residenti fil-pajjiż fid-data tax-xiri)

    2011/C 80/04

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u D. Triantafyllou, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u V. Karra, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18, 39, u 43 KE — Eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment mal-ewwel xiri ta’ proprjetà immobbli — Eżenzjoni biss fir-rigward tal-persuni li huma diġà residenti fil-pajjiż, kif ukoll fir-rigward taċ-ċittadini Griegi li ma humiex residenti fil-pajjiż fid-data tax-xiri

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-Repubblika Ellenika:

    billi tat eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli bl-applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tal-Liġi 1078/1980, biss lill-persuni residenti b’mod permanenti fit-territorju nazzjonali, filwaqt li l-persuni li ma humiex residenti li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu ruħhom f’dan it-territorju fil-ġejjieni ma humiex eżentati minn din it-taxxa, u,

    billi tat, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, eżenzjoni mill-istess taxxa biss liċ-ċittadini Griegi jew lill-persuni ta’ oriġini Griega għall-ewwel xiri ta’ residenza fit-territorju nazzjonali,

    naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 43 KE, kif ukoll l-Artikoli 4, 28 u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

    (2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


    Top