This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0555
Special Report by the European Ombudsman following the draft recommendation to the Council of the European Union in complaint 1487/2005/GG #European Parliament resolution of 20 November 2008 on the Special Report by the European Ombudsman following the draft recommendation to the Council of the European Union in complaint 1487/2005/GG (2008/2072(INI))
Rapport speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ilment Nru 1487/2005/GG
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Novembru 2008 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ilment Nru 1487/2005/GG (2008/2072(INI))
Rapport speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ilment Nru 1487/2005/GG
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Novembru 2008 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ilment Nru 1487/2005/GG (2008/2072(INI))
ĠU C 16E, 22.1.2010, pp. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 16/33 |
Rapport speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ilment Nru 1487/2005/GG
P6_TA(2008)0555
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew wara l-abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ilment Nru 1487/2005/GG (2008/2072(INI))
(2010/C 16 E/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 195(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat KE, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudji li saru mill-Kummissjoni Ewropea li kienu ppubblikati fil-ħarġiet speċjali tal-Eurobarometer Nru 237 u Nru 243 dwar it-tixrid tal-lingwi fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) tal-Istatut tal-Ombudsman, li jagħti istruzzjonijiet lill-Ombudsman biex ifittex, sa fejn hu possibbli, soluzzjoni mal-istituzzjoni kkonċernata sabiex jiġi eliminat il-każ ta' amministrazzjoni ħażina u jiġi ssodisfat min ikun qed jagħmel l-ilment, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 195(2), l-ewwel sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0395/2008), |
|
A. |
billi t-titjib fit-trasparenza, fil-promozzjoni tal-multilingwiżmu u fl-għoti ta' informazzjoni preċiża lill-pubbliku huma għanijiet li tingħatalhom l-akbar prijorità fl-UE u fl-istituzzjonijiet tagħha, |
|
B. |
billi l-aċċess sempliċi għall-informazzjoni għall-akbar numru possibbli ta' ċittadini tal-UE huwa prerekwiżit importanti, u element fundamentali tal-prinċipji ġenerali tal-leġittimità demokratika u tat-trasparenza, |
|
C. |
filwaqt li jixtieq li l-akbar għadd possibbli ta' ċittadini jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-formazzjonijiet kollha tagħhom, |
|
D. |
billi din ix-xewqa għandha tkun kompatibbli mal-isfida loġistika imposta mill-għadd kbir ta' lingwi uffiċjali tal-UE, |
|
E. |
billi l-internet qed jikber fl-importanza tiegħu bħala mezz ta' ksib ta' informazzjoni u għaldaqstant għandu jintuża wkoll mill-Unjoni Ewropea fl-isforzi tagħha biex tinkiseb it-trasparenza u tinxtered l-informazzjoni, |
1. Japprova l-konklużjonijiet tal-Ombudsman, jiġifieri:
|
a) |
il-Kunsill, bħal kull istituzzjoni tal-UE, hu stess qabel kollox huwa responsabbli għas-siti tal-internet dwar il-presidenza tiegħu u l-lingwi użati fihom; |
|
b) |
il-prattiki li juża l-Kunsill ma jistgħux jitmexxew b'mod li jkun iżolat għal kollox mill-implimentazzjoni uniformi min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-formazzjonijiet tagħhom; |
|
c) |
l-informazzjoni f'dawn is-siti tal-internet għandha, idealment, tkun disponibbli malajr bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità, |
|
d) |
jekk in-numru tal-lingwi għandu jiġi limitat, l-għażla tal-lingwi li għandhom jintużaw għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji tal-oġġettività, tar-raġonevolezza, tat-trasparenza u tal-maniġġabilità; |
|
e) |
il-fatt li l-Kunsill irrifjuta li jindirizza s-sustanza tat-talba ta' min qed jagħmel l-ilment jikkostitwixxi każ ta' amministrazzjoni ħażina; |
2. Jinnota bi stagħġib, f'dan ir-rigward, li l-Kunsill ma jqisx lilu nnifsu li għandu s-setgħa li jindirizza din il-kwistjoni, minkejja li din taffettwa lill-Istati Membri kollha u l-Kunsill jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-presidenzi kollha tal-ġejjieni;
3. Jinnota b'dispjaċir li l-Kunsill, bil-maqlub tal-istituzzjonijiet l-oħra bħal pereżempju l-Kummissjoni u l-Parlament, li tejbu b'mod sinifikanti n-numru ta' lingwi li jintużaw fil-komunikazzjoni tagħhom maċ-ċittadini, s'issa baqa' jevita għal kollox li jindirizza b'mod sostantiv il-kwistjoni tal-għażla tal-lingwi tas-siti tal-internet tal-presidenzi tiegħu;
4. Jistieden lill-Kunsill biex jagħmel reviżjoni komprensiva tal-kwistjoni tat-twessigħ tal-għażla tal-lingwi tas-siti tal-internet tal-presidenzi tiegħu, irrispettivament mill-kwistjoni tar-responsabilità jew tal-awtorità għal dawn is-siti tal-internet, sabiex jiżgura li l-akbar parti possibbli tal-popolazzjoni kollha tal-Unjoni Ewropea jkollha aċċess faċli u dirett għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu; jistieden lill-Kunsill biex jinforma l-Parlament bir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tiegħu;
5. Jenfasizza li kull tnaqqis fl-għażla tal-lingwi li jista' jkun meħtieġ għandu jsir fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u ġġustifikati biżżejjed, li għandu jitħabbar fil-pubbliku, u li l-lingwa tal-presidenza fil-kariga biss jista' jkollha l-prijorità sat-tmiem tal-istess presidenza;
6. Jagħti l-appoġġ tiegħu lir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman lill-Kunsill biex jeżamina t-talba ta' min qiegħed jagħmel l-ilment li s-siti tal-internet tal-presidenzi tal-Kunsill għandhom ikunu disponibbli wkoll bil-Ġermaniż;
7. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, b'kuntrast mal-prattika tal-presidenzi tal-imgħoddi, meta s-siti tal-internet kienu disponibbli biss bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-lingwa nazzjonali tal-presidenza fil-kariga, il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill qiegħda tippubblika s-sit tal-internet uffiċjali tagħha fl-iktar lingwi uffiċjali mitkellma fl-Unjoni Ewropea (l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan u l-Ispanjol);
8. Jindirizza lill-presidenzi ġejjiena tal-Kunsill, bit-tama li huma wkoll jagħmlu s-siti tal-internet tagħhom disponibbli fl-akbar għadd ta' lingwi possibbli u, fil-każ ta' restrizzjoni fuq l-għadd tal-lingwi, biex jużaw l-aktar lingwi uffiċjali mitkellma skont ordni ta' prijorità;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
(1) ĠU L 113 tal-4.5.1994, p. 15.