Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0060

    Kawża F-60/09: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2009 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/50


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-60/09)

    2009/C 205/92

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża li jikseb proroga tal-applikazzjoni tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal favur binthu mill-1 ta’ Jannar 2009, u kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas is-somom dovuti abbażi ta’ dan mill-1 ta’ Jannar 2009.

    Talbiet tar-rikorrent

    tiddikjara li hija illegali u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-2 ta’ April 2009, inkwantu illegali u manifestament infondata fil-fatt u fid-dritt, kif ukoll kull att u/jew deċiżjoni adottati qabel din id-deċiżjoni, relatati u konsegwenti, u b’mod partikolari dik tal-14 ta’ Novembru 2008, maħruġa mill-PMO4;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas is-somom dovuti lir-rikorrent mill-1/1/2009, flimkien mal-interessi sad-data tal-ħlas;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top