EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0253
Case T-253/09: Action brought on 26 June 2009 — Wilo SE v OHIM (shape of a motor casing)
Kawża T-253/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase])
Kawża T-253/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase])
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/44 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-krank [crankcase])
(Kawża T-253/09)
2009/C 205/80
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni R 1184/2008-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Marzu 2009; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta kaxxa tal-krank [crankcase] ta’ pompa tat-tisħin, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 (Applikazzjoni Nru 5 805 692)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)