EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TB0464

Kawża T-464/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Ġunju 2009 — Impala vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Konċentrazzjoni — Impriża komuni Sony BMG — Nuqqas ta’ suġġett tal-kawża — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/37


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Impala vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/04) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Impriża komuni Sony BMG - Nuqqas ta’ suġġett tal-kawża - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 205/69

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Independent Music Publishers and Labels Association (Impala, association internationale) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Crosby u J. Golding, solicitors, u I. Wekstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u K. Mojzesowicz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Bertelsmann AG (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Chappatte u J. Boyce, solicitors); Sony BMG Music Entertainment BV (Vianen, l-Olanda); u Sony Corporation of America (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Levy, barrister, R. Snelders u T. Graf, avukati)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni 2005/188/KE tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Lulju 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.3333 — Sony/BMG) (ĠU 2005, L 62, p. 30).

Dispożittiv

1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha, quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 6, 8.1.2005.


Top