Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0257

    Kawża T-257/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Biotronik vs UASI (BioMonitor) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioMonitor — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] )

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/37


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Biotronik vs UASI (BioMonitor)

    (Kawża T-257/08) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioMonitor - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

    2009/C 205/68

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Biotronik GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja)(rappreżentanti: inizjalment U. Sander u R. Böhm, sussegwentement R. Böhm, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ April 2008 (Każ R 466/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioMonitor bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Biotronik GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


    Top