EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0240

Kawża T-240/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 8 ta’ Lulju 2009 — Procter & Gamble vs UASI — Laboratorios Alcala Farma (oli) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja oli — Trade marks verbali Komunitarji preċedenti OLAY — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Procter & Gamble vs UASI — Laboratorios Alcala Farma (oli)

(Kawża T-240/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja oli - Trade marks verbali Komunitarji preċedenti OLAY - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/66

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Scourfield, N. Beckett, solicitors, u A. Speck, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Laboratorios Alcala Farma SL (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2008 (Każ R 1481/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Procter & Gamble Company u Laboratorios Alcala Farma, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Procter & Gamble Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209 15.8.2008.


Top