This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TA0450
Case T-450/05: Judgment of the Court of First Instance of 9 July 2009 — Peugeot and Peugeot Nederland v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Distribution of Motor vehicles — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Limitation of parallel exports from the Netherlands — System of remuneration of dealers and pressure — Agreement with an anti-competitive aim — Fines — Seriousness and length of the infringement)
Kawża T-450/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Peugeot u Peugeot Nederland vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji — Distribuzzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela mill-Olanda — Sistema ta’ remunerazzjoni tal-konċessjonarji u pressjonijiet — Ftehim li għandu għan antikompetittiv — Multi — Gravità u tul tal-ksur )
Kawża T-450/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Peugeot u Peugeot Nederland vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji — Distribuzzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela mill-Olanda — Sistema ta’ remunerazzjoni tal-konċessjonarji u pressjonijiet — Ftehim li għandu għan antikompetittiv — Multi — Gravità u tul tal-ksur )
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/32 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Peugeot u Peugeot Nederland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-450/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Distribuzzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela mill-Olanda - Sistema ta’ remunerazzjoni tal-konċessjonarji u pressjonijiet - Ftehim li għandu għan antikompetittiv - Multi - Gravità u tul tal-ksur”)
2009/C 205/56
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Automobiles Peugeot SA (Pariġi, Franza); u Peugeot Nederland NV (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: O. d’Ormesson u N. Zacharie, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, F. Arbault u A. Whelan, sussegwentement A. Bouquet u M. Kellerbauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3683 finali tal-5 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 — SEP et vs Automobiles Peugeot SA) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa mogħtija lir-rikorrenti minn din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
L-ammont tal-multa mogħtija lil Automobiles Peugeot SA u lil Peugeot Nederland NV skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3683 finali tal-5 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 — SEP et vs Automobiles Peugeot SA) huwa ffissat għal EUR 44 550 000. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Automobiles Peugeot u Peugeot Nederland huma kkundannati għal 90 % tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
4) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għal 10 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll għal 10 % tal-ispejjeż ta’ Automobiles Peugeot u Peugeot Nederland. |