EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0255
Case C-255/09: Action brought on 9 July 2009 — Commission of the European Communities v Portuguese Republic
Kawża C-255/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
Kawża C-255/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/29 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-255/09)
2009/C 205/51
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. França, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma pprovdietx, fid-Digriet-Liġi Nru 177/92, tat-13 ta’ Awwissu 1992, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi sostnuti barra mill-pajjiż, jew f’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali, għall-possibbiltà ta’ rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, ħlief fiċ-ċirkustanzi previsti fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), jew fil-każ li l-imsemmi digriet-liġi jippermetti l-possibbiltà għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, billi jissuġġetta dan ir-rimbors għal awtorizzazzjoni minn qabel, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE, hekk kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-Artikolu 49 KE japplika għas-sitwazzjoni ta’ pazjent li jirċievi servizzi mediċi mħallsa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat tar-residenza tiegħu.
Fil-Portugall, id-Digriet-Liġi Nru 177/92, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi sostnuti barra mill-pajjiż, ma jipprovdix espressament għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar sostnuti fi Stat Membru ieħor, ħlief fiċ-ċirkustanzi previsti fir-Regolament Nru 1408/71, jew skont l-interpretazzjoni proposta mill-awtoritajiet Portugiżi, jissuġġetta r-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż mediċi għal kura mhux fl-isptar għal awtorizzazzjoni minn qabel, taħt kundizzjonijiet restrittivi.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2)