EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0254

Kawża C-254/09 P: Appell ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2009 minn Calvin Klein Trademark Trust mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas- 7 ta’ Mejju 2009 , fil-Kawża T-185/07, Calvin Klein Trademark Trust vs UAMI u Zafra Marroquineros, S.L.

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/29


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 minn Calvin Klein Trademark Trust mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009, fil-Kawża T-185/07, Calvin Klein Trademark Trust vs UAMI u Zafra Marroquineros, S.L.

(Kawża C-254/09 P)

2009/C 205/50

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Calvin Klein Trademark Trust (rappreżentant: T. Andrade Boué, avukat)

Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UAMI) u Zafra Marroquineros, S.L.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża T-185/07;

tikkundanna lill-UASI u lil Zafra Marroquineros, S.L għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 (1) dwar it-trade mark Komunitarja, rigward il-ħtieġa li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha li jikkaratteriżżaw każ speċifiku: il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tagħti importanza ġuridika xierqa lill-fatt li l-applikant tat-trade mark Komunitarja uża din it-trade mark biex jikkopja it-trade marks magħrufa cK, u mill-azzjoni tiegħu stess jirriżulta mingħajr ebda dubju li l-ittri CK jikkostitwixxu l-parti l-iktar distintiva tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni.

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza naqset li tevalwa r-reputazzjoni tat-trade marks kunfliġġenti fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).


Top