Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0207

    Kawża C-207/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/20


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka

    (Kawża C-207/09)

    2009/C 205/35

    Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, A. Tokár, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ntużaw is-servizzi ta’ soċjetajiet li mhumiex rikonoxxuti, fis-sens tal-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 94/57KE (1), għal spezzjonijiet u perizji stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu..

    tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-Repubblika Slovakka użat is-servizzi ta’ organizzazzjonijiet li mhumiex irrikonoxxuti bħala soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni skont id-Direttiva 94/57/KE u, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, naqset milli twaqqaf l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dawn l-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, peress illi r-Repubblika Slovakka ma implementatx qafas leġiżlattiv li kapaċi jwaqqaf fil-futur l-eventwali awtorizzazzjoni ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni mhux irrikonoxxuti, jeżisti riskju li każijiet ta’ applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva 94/57/KE, simili għal dak li huwa s-suġġett tar-rikors preżenti, jirrepetu ruħhom.


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, tat-12 ta’ Diċembru 1994, p. 20)


    Top