Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0387

    Kawża C-387/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 3 ta’ April 2009 — VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej ( Appell — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Direttiva 89/665/KEE — Nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3(2) — Persuni fiżiċi u ġuridiċi — Interess dirett — Inammissibbiltà )

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/17


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2009 — VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej

    (Kawża C-387/08 P) (1)

    (“Appell - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Direttiva 89/665/KEE - Nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3(2) - Persuni fiżiċi u ġuridiċi - Interess dirett - Inammissibbiltà”)

    2009/C 205/30

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: VDH Projektentwicklung GmbH, Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH (rappreżentant: C. Antweiler, Rechtsanwalt)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erowpej

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008, VDH Projektentwicklung u Edeka Rhein-Ruhr vs Il-Kummissjoni (T-185/08), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors li kellu bħala suġġett rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, minħabba li din, f’dak li jikkonċerna l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi kif ukoll l-għoti ta’ kuntratt ġenerali ta’ turnkey, naqset milli timplementa mingħajr dewmien il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/665/KEE u milli tinnotifika lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni minn persuni fiżiċi u ġuridiċi — Rekwiżit li r-rikorrent ikun direttament ikkonċernat mill-att li fir-rigward tiegħu jkun allegat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni min-naħa tal-istituzzjoni inkwistjoni

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  GU C 141, 20.06.2009


    Top