EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0355

Kawża C-355/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 5 ta’ Mejju 2009 — WWF-UK vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 2371/2002 — Konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-isfruttar sostenibbli ta’ attvitajiet tas-sajd — Regolament (KE) Nru 41/2007 — Iffissar tal-qabdiet totali permissibbli għall-2007 għas-sajd tal-marlozz — Membri ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali li taw opinjoni diverġenti f’minoranza fir-rapport tal-imsemmi Kunsill dwar dawn it-totali ammissibbli tal-qabdiet — Rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 41/2007 ppreżentat minn tali membru — Inamissibbiltà — Appell manifestament infondat)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Mejju 2009 — WWF-UK vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-355/08 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 2371/2002 - Konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-isfruttar sostenibbli ta’ attvitajiet tas-sajd - Regolament (KE) Nru 41/2007 - Iffissar tal-qabdiet totali permissibbli għall-2007 għas-sajd tal-marlozz - Membri ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali li taw opinjoni diverġenti f’minoranza fir-rapport tal-imsemmi Kunsill dwar dawn it-totali ammissibbli tal-qabdiet - Rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 41/2007 ppreżentat minn tali membru - Inamissibbiltà - Appell manifestament infondat)

2009/C 205/28

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: WWF-UK (rappreżentanti: P. Sands u J. Simor, Barristers, R. Stein, Solicitor)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u A. De Gregorio Merino, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2008, WWF-UK vs Il-Kunsill (T-91/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikkjarat inammissibbli talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (ĠU L 15, p. 1), sa fejn jiffissa l-“qabdiet totali permissibbli” (TAC), għas-sena 2007, għas-sajd tal-marlozz fl-ilmijiet koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 70, p. 8) — Rekwiżit li jkun individwalment ikkonċernat mill-att ikkontestat

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

WWF-UK hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  GU C 260, 11.10.2008.


Top