EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0159

Kawża C-159/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 25 ta’ Marzu 2009 — Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni — Ċaħda tal-ilment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Marzu 2009 — Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-159/08 P) (1)

(Appell - Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti - Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni - Ċaħda tal-ilment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju)

2009/C 205/26

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Isabella Scippacercola, Ioannis Terezakis (rappreżentant: B. Lombart, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Di Bucci u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008, Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni (T-306/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Mejju 2005, li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mill-appellanti dwar allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni fi Spata (il-Greċja), li allegatament japplika imposti eċċessivi fuq l-utenti.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

I. Scippacercola u I. Terezakis huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 171, 05.07.2008.


Top