Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0146

    Kawża C-146/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas- 26 ta’ Marzu 2009 — Efkon AG vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Direttiva 2004/52/KE — Interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar it- taxxi tat-toroq fil-Komunità — Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/14


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Marzu 2009 — Efkon AG vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-146/08 P) (1)

    (Appell - Direttiva 2004/52/KE - Interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar it- taxxi tat-toroq fil-Komunità - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

    2009/C 205/25

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Efkon AG (rappreżentant: M. Novak, Rechtsanwalt)

    Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u A. Neergaard, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Karlsson, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Yerrell u G. Braun, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2008, Efkon vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-298/04), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors intiż għall-annullament tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU L 166, p. 124) — Rekwiżit ta’ interess individwali fl-att ikkontestat — Dritt għal smigħ — Tul tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Efkon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 171, 05.07.2008


    Top