EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0557

Kawża C-557/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/35/KE — Tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur — Nuqqas ta’ traspożizzjoni)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-557/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/35/KE - Tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur - Nuqqas ta’ traspożizzjoni)

2009/C 205/22

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u A.A. Gilly, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: H. Walker, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


Top