EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0356

Kawża C-356/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-356/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju ma’ bank speċifiku)

2009/C 205/16

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa, aġent, A. Böhlke, avukat)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE, 49 KE u 56 KE — Liġi nazzjonali li timponi fuq it-tobba stabbiliti fit-territorju tal-Land ta’ Oberösterreich l-obbligu li jiftħu kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank

Dispożittiv

1)

Billi tobbliga lil kull tabib li jistabbilixxi ruħu fl-Oberösterreich li jiftaħ kont bankarju mal-Oberösterreichische Landesbank f’Linz, li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ħlasijiet ta’ benefiċċji in natura, irċevuti mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tiegħu, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 KE.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


Top