EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0272

Kawża C-272/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/83/KE — Dritt ta’ ażil — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-272/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/83/KE - Dritt ta’ ażil - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 205/14

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Coundou-Durande u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet necessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


Top