Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0204

    Kawża C-204/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Peter Rehder vs Air Baltic Corporation (Regolament (KE) Nru 44/2001 — It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikoli 5(1)(ċ) u 7(1)(a) — Konvenzjoni ta’ Montreal — Artikolu 33(1) — Trasport bl-ajru — Talbiet għal kumpens minn passiġġieri kontra kumpanniji tal-ajru f’każ ta’ titjiriet ikkanċellati — Post ta’ eżekuzzjoni tas-servizz — Ġurisdizzjoni f’każ ta’ trasport bl-ajru minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor minn kumpannija tal-ajru stabbilita fi Stat Membru terz)

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Peter Rehder vs Air Baltic Corporation

    (Kawża C-204/08) (1)

    (Regolament (KE) Nru 44/2001 - It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 5(1)(ċ) u 7(1)(a) - Konvenzjoni ta’ Montreal - Artikolu 33(1) - Trasport bl-ajru - Talbiet għal kumpens minn passiġġieri kontra kumpanniji tal-ajru f’każ ta’ titjiriet ikkanċellati - Post ta’ eżekuzzjoni tas-servizz - Ġurisdizzjoni f’każ ta’ trasport bl-ajru minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor minn kumpannija tal-ajru stabbilita fi Stat Membru terz)

    2009/C 205/13

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Peter Rehder

    Konvenuta: Air Baltic Corporation

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tat-tieni inċiz tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Kumpens abbażi tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 mitlub minn passiġġier li huwa residenti fi Stat Membru mingħand trasportatur tal-ajru stabbilit fi Stat Membru ieħor wara l-kanċellazzjoni ta’ titjira bejn l-ewwel Stat Membru u Stat Membru terz — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn il-passiġġier għandu r-residenza tiegħu? — Determinazzjoni tal-“post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi”

    Dispożittiv

    It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ trasport bl-ajru ta’ persuni minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, magħmul abbażi ta’ kuntratt konkluż ma’ kumpannija waħda tal-ajru li hija t-trasportatriċi effettiva, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ t-talba għal kumpens ibbażata fuq dan il-kuntratt ta’ trasport u fuq ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 hija dik, skont l-għażla tar-rikorrent, li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha jinsab il-post tat-tluq jew tal-wasla tal-ajruplan, kif dawn il-postijiet ikunu ġew miftiehma fl-imsemmi kuntratt.


    (1)  ĠU C 197, 02.08.2008


    Top