EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0014

Kawża C-14/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción n o 5 de San Javier — Spanja) — Roda Golf & Beach Resort SL (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kunċett ta’ kawża — Regolament (KE) Nru 1348/2000 — Notifika ta’ atti extra-ġudizzjarji fin-nuqqas ta’ proċeduri legali — Att notarili)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier — Spanja) — Roda Golf & Beach Resort SL

(Kawża C-14/08) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kunċett ta’ “kawża” - Regolament (KE) Nru 1348/2000 - Notifika ta’ atti extra-ġudizzjarji fin-nuqqas ta’ proċeduri legali - Att notarili)

2009/C 205/10

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5de San Javier

Parti fil-kawża prinċipali

Roda Golf & Beach Resort SL

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (ĠU L 160, p. 37) — Notifika ta’ dokumenti esklużivament extra-ġudizzjarji u bejn persuni privati permezz tar-riżorsi materjali u tal-persunal tal-qrati tal-Unjoni Ewropea fin-nuqqas ta’ proċeduri legali.

Dispożittiv

In-notifika, fin-nuqqas ta’ proċeduri legali, ta’ att notarili bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1348/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


Top