This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0430
Case C-430/07: Judgment of the Court (Third Chamber) of 25 June 2009 (Reference for a preliminary ruling from the Raad van State — Netherlands) — Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV v Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Decision 2000/764/EC — Testing and epidemio-surveillance of bovine spongiform encephalopathy — Regulation (EC) No 2777/2000 — Market support measures — Veterinary measures — Community contribution to the financing of part of the costs of the tests — Directive 85/73/EEC — Whether possible for the Member States to finance the part of the costs not covered by the Community by charging national fees for the inspection of meat and fees for combating epizootic diseases)
Kawża C-430/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Deċiżjoni 2000/764/KE — Testijiet u sorveljanza epidemjoloġika tal-enċefalopatiji sponġiformi tal-annimali tal-ifrat — Regolament (KE) Nru 2777/2000 — Miżuri ta’ appoġġ għas-suq — Miżuri veterinarji — Miżata Komunitarja għall-finanzjament ta’ parti mill-ispejjeż tat-testijiet — Direttiva 85/73/KEE — Possibbiltà għall-Istati Membri sabiex jiffinanzjaw parti mill-ispejjeż akkarigu tal-Komunità permezz tal-ġbir ta’ miżati nazzjonali għall-ispezzjoni ta’ laħmijiet għall-ġlieda kontra l-mard epiżootiku)
Kawża C-430/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Deċiżjoni 2000/764/KE — Testijiet u sorveljanza epidemjoloġika tal-enċefalopatiji sponġiformi tal-annimali tal-ifrat — Regolament (KE) Nru 2777/2000 — Miżuri ta’ appoġġ għas-suq — Miżuri veterinarji — Miżata Komunitarja għall-finanzjament ta’ parti mill-ispejjeż tat-testijiet — Direttiva 85/73/KEE — Possibbiltà għall-Istati Membri sabiex jiffinanzjaw parti mill-ispejjeż akkarigu tal-Komunità permezz tal-ġbir ta’ miżati nazzjonali għall-ispezzjoni ta’ laħmijiet għall-ġlieda kontra l-mard epiżootiku)
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-430/07) (1)
(Deċiżjoni 2000/764/KE - Testijiet u sorveljanza epidemjoloġika tal-enċefalopatiji sponġiformi tal-annimali tal-ifrat - Regolament (KE) Nru 2777/2000 - Miżuri ta’ appoġġ għas-suq - Miżuri veterinarji - Miżata Komunitarja għall-finanzjament ta’ parti mill-ispejjeż tat-testijiet - Direttiva 85/73/KEE - Possibbiltà għall-Istati Membri sabiex jiffinanzjaw parti mill-ispejjeż akkarigu tal-Komunità permezz tal-ġbir ta’ miżati nazzjonali għall-ispezzjoni ta’ laħmijiet għall-ġlieda kontra l-mard epiżootiku)
2009/C 205/07
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Exportslachterij J. Gosschalk & Zoon BV
Konvenuta: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Suġġett
Interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/764/KE tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-ittestjar ta’ annimali bovini għall-preżenza tal-enċifalopatija sponġiformi bovina u li temenda d-Deċiżjoni 98/272/KE dwar is-sorveljanza epidemjoloġika għall-enċifalopatiji sponġiformi trażmissibbli (ĠU L 305, p. 35), tal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2777/2000 tat-18 ta’ Diċembru 2000 li jadotta miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali favur is-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 321, p. 47), ta’ l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU L 160, p. 103), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, p. 21) u tal-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 fuq l-iffinanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur (ĠU L 32, p. 14), emendata u kkonsolidata mid-Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE (ĠU L 162, p. 1) — Ittestjar għall-preżenza tal-ESB — Testijiet rapidi approvati — Finanzjament esklużiv min-naħa tal-Komunità jew kofinanzjament obbligatorju min-naħa tal-Istati Membri bl-ispejjeż jingħaddu għal fuq l-operaturi ekonomiċi permezz ta’ miżati — Sentenza fil-kawża C-239/01, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2777/2000 tat-18 ta’ Diċembru 2000 li jadotta miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali għas-suq taċ-ċanga, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 111/2001, tad-19 ta’ Jannar 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma kkonċernati permezz ta’ din id-dispożizzjoni t-testijiet tal-iskrining tal-enċefalopatija sponġiformi bovina, b’mod vinkolanti prattikati fl-Olanda, matul ix-xhur ta’ Mejju u ta’ Ġunju 2001, fuq il-laħam kollu li ġej mill-ifrat ta’ iktar minn 30 xahar li tressqu għall-qatla għall-ikel mill-bniedem. |
2) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 2777/2000, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li jiġu kkumerċjalizzati l-laħmijiet tal-annimali tal-ifrat ta’ età ikbar minn 30 xahar li ma tawx riżultat negattiv għat-test tal-iskrining tal-enċefalopatija sponġiformi bovina, kif impost minnu mill-1 ta’ Jannar 2001, tikkostitwixxi miżura veterinarja, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament Nru 1258/1999, li hija inkluża fil-programmi ta’ qerda u ta’ sorveljanza tal-enċefalopatija sponġiformi bovina. |
3) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2777/2000, kif emendat, u kif ukoll l-Artikolu 4 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 fuq il-finanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontrolli veterinarji tal-annimali msemmija fid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE, kif emendata u kkodifikata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/43/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-Istati Membri milli jiġbru miżati nazzjonali intiżi sabiex jiffinanzjaw l-ispiża ta’ testijiet tal-iskrining tal-enċefalopatija sponġiformi bovina. L-ammont totali tal-miżati relatati mal-qatla tal-annimali tal-ifrat intiżi għall-ikel mill-bniedem għandu jiġi ffissat fl-osservanza tal-prinċipji applikati għall-miżati Komunitarji, li skonthom, minn naħa, dan l-ammont m’għandux jaqbeż l-ispejjeż imġarrba, li jkopru l-infiq ta’ salarji u l-infiq soċjali kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi relatati mal-eżekuzzjoni ta’ testijiet tali, u, min-naħa l-oħra, kull restituzzjoni diretta jew indiretta ta’ miżata tali hija pprojbita. |