EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0369

Kawża C-369/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 228 KE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma ta’ ħlas f’daqqa )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-369/07) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 228 KE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma ta’ ħlas f’daqqa”)

2009/C 205/05

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini, I. Hadjiyiannis u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u P. Mylonopoulos, aġenti, V. Christianos u P. Anestis, dikigoroi)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2005 fil-Kawża C-415/03 — Ksur tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airways (ĠU L 132, p.1) — Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri għall-irkupru ta’ għajnuna li hija inkompatibbli mat-Trattat kif ukoll għajnuna li ġiet mogħtija b’mod illegali — Talba sabiex jiġu stabbiliti pagamenti ta’ penalità

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-opinjoni motivata, il-miżuri li jwasslu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-415/03) li tikkonċerna r-rimbors tal-għajnuna kkunsidrata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airways, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-deċiżjoni u taħt l-Artikolu 228(1) KE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi propji tal-Komunità Ewropea”, pagamenti ta’ penalità għal ammont ta’ EUR 16 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, minn xahar wara li tingħata din is-sentenza sal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, somma ta’ ħlas f’daqqa ta’ EUR 2 miljun.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


Top