This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0343
Case C-343/07: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 2 July 2009 (Reference for a preliminary ruling from the Corte d’appello di Torino — Italy) — Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l v Bayerischer Brauerbund eV (Reference for a preliminary ruling — Assessment of validity — Admissibility — Regulations (EEC) No 2081/92 and (EC) No 1347/2001 — Validity — Generic name — Coexistence of a trade mark and a protected geographical indication)
Kawża C-343/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Torino — L-Italja) — Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l. vs Bayerischer Brauerbund eV ( Talba għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-validità — Ammissibbiltà — Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u (KE) Nru 1347/2001 — Validità — Isem ġeneriku — Koeżistenza bejn trade mark u indikazzjoni ġeografika protetta )
Kawża C-343/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Torino — L-Italja) — Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l. vs Bayerischer Brauerbund eV ( Talba għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-validità — Ammissibbiltà — Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u (KE) Nru 1347/2001 — Validità — Isem ġeneriku — Koeżistenza bejn trade mark u indikazzjoni ġeografika protetta )
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Torino — L-Italja) — Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l. vs Bayerischer Brauerbund eV
(Kawża C-343/07) (1)
(“Talba għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-validità - Ammissibbiltà - Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u (KE) Nru 1347/2001 - Validità - Isem ġeneriku - Koeżistenza bejn trade mark u indikazzjoni ġeografika protetta”)
2009/C 205/04
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Torino.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bavaria NV, Bavaria Italia s.r.l.
Konvenuta: Bayerischer Brauerbund eV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d’appello di Torino — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001, tat-28 ta’ Ġunju 2001, li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 182, p. 3) — Fil-każ ta’ validità, eżistenza ta’ effetti negattivi, minħabba r-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Bayerisches Bier”, fuq il-validità u l-użu tat-trade marks preeżistenti ta’ terzi li jinkludu l-kelma “Bavaria”
Dispożittiv
1) |
Mill-eżami tal-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma jirriżulta xejn li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2001, tat-28 ta’ Ġunju 2001, li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92. |
2) |
Ir-Regolament Nru 1347/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaffettwax il-validità u l-possibbiltà ta’ użu, li jikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, tat-trade marks preeżistenti ta’ terzi li fihom ikun hemm il-kelma “Bavaria”, irreġistrati in bona fide qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Bayerisches Bier”, bil-kundizzjoni li dawn it-trade marks ma jkunux affettwati mir-raġunijiet ta’ invalidità jew ta’ revoka previsti fl-Artikolu 3(1)(ċ) u (ġ) kif ukoll fl-Artikolu 12(2)(b) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks. |