EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0511

Kawża C-511/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-aċidu ċitriku — Determinazzjoni tal-ammont tal-multa — Rwol ta’ mexxejja — Drittijiet tad-difiża — Elementi ta’ prova li jirriżultaw minn proċeduri ta’ stat terz — Definizzjoni tas-suq rilevanti — Ċirkustanzi attenwanti)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-511/06 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-aċidu ċitriku - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Rwol ta’ mexxejja - Drittijiet tad-difiża - Elementi ta’ prova li jirriżultaw minn proċeduri ta’ stat terz - Definizzjoni tas-suq rilevanti - Ċirkustanzi attenwanti)

2009/C 205/02

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Archer Daniels Midland Co. (rappreżentanti: C. O. Lenz, avukat, L. Martin Alegi, Solicitor, E. Batchelor u M. Garcia, Solicitors)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tas-27 ta’ Settembru 2006 Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-59/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001)3923 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat (COMP/E-1/36.604 — Aċidu ċitriku), dwar akkordju fis-suq tal-aċidu ċitriku u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (T-59/02), hija annullata billi tiċħad l-aggravju ta’ Archer Daniels Midland Co. dwar il-ksur tad-drittijiet tagħha ta’ difiża matul il-proċeduri amministrattivi li wasslu għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/742/KE, tal-5 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E 1/36.604 — Aċidu ċitriku), sa fejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ma tathiex il-possibbiltà li ssostni d-drittijiet tagħha f’dak li jirrigwarda l-fatti li fuqhom hija bbażat sabiex tikkwalifika Archer Daniels Midland Co. bħala mexxej tal-akkordju.

2)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni, hija annullata billi tiċħad bħala rrilevanti l-aggravju ta’ Archer Daniels Midland Co. dwar l-applikazzjoni żbaljata, mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-taqsima B(b) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1996 fuq in-nonimpożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi fil-każijiet ta’ akkordji.

3)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/742/KE huwa annullat billi jiffissa l-ammont tal-multa dovuta minn Archer Daniels Midland Co. għal EUR 39.69 miljun.

4)

L-ammont tal-multa dovuta minn Archer Daniels Midland Co. għall-ksur ikkonstatat tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/742/KE hekk kif parzjalment annullat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (T-59/02), huwa ffissat għal EUR 29.4 miljun.

5)

Il-bqija tal-appell huwa miċħud.

6)

Archer Daniels Midland Co. hija kkundannata għal tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u għal dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’dak li jirrigwarda l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għal nofs tal-ispejjeż tagħha u għal dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’dak li jirrigwarda l-proċeduri tal-appell.

7)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għal kwart tal-ispejjeż ta’ Archer Daniels Midland Co. f’dak li jirrigwarda l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għal nofs tal-ispejjeż ta’ Archer Daniels Midland Co. f’dak li jirrigwarda l-proċeduri tal-appell.


(1)  ĠU C 56, 10.03.2007


Top