Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0090

    Kawża T-90/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Diċembru 2008 — Tomorrow Focus vs UASI — Information Builders (Tomorrow Focus) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tomorrow Focus — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FOCUS — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/26


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2008 — Tomorrow Focus vs UASI — Information Builders (Tomorrow Focus)

    (Kawża T-90/06) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tomorrow Focus - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FOCUS - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2009/C 32/48)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tomorrow Focus (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn U. Gürtler, sussegwentement minn J. Berlinger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u S. Schäffner, aġenti)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Information Builders (Netherlands) BV (Amstelveen, l-Olanda)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Jannar 2006 (Każ R 116/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Information Builders (Netherlands) BV u Tomorrow Focus AG.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Tomorrow Focus AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


    Top