This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62002TA0388
Case T-388/02: Judgment of the Court of First Instance of 10 December 2008 — Kronoply and Kronotex v Commission (State aid — Commission decision not to raise objections — Action for annulment — Time-limit for bringing proceedings — Publication of a summary notice — No significant effect on the competitive position — Inadmissibility — Status as party concerned — Admissibility — Failure to initiate the formal investigation procedure — No serious difficulties)
Kawża T-388/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Diċembru 2008 — Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta' rikors — Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor — Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà — Status ta' persuna kkonċernata — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali — Nuqqas ta' diffikultajiet serji )
Kawża T-388/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Diċembru 2008 — Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta' rikors — Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor — Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà — Status ta' persuna kkonċernata — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali — Nuqqas ta' diffikultajiet serji )
ĠU C 32, 7.2.2009, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/24 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-388/02) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni fil-qosor - Nuqqas ta' effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà - Status ta' persuna kkonċernata - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali - Nuqqas ta' diffikultajiet serji’)
(2009/C 32/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kronoply GmbH & Co. KG (Heiligengrabe, il-Ġermanja); u Kronotex GmbH & Co. KG (Heiligengrabe) (rappreżentanti: inizjalment R. Nierer, u sussegwentement R. Nierer u L. Gordalla, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, u sussegwentement V. Kreuschitz, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Zellstoff Stendal GmbH (Arneburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u K.U. Karl, u sussegwentement T. Müller-Ibold, avukati); Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.D. Plessing u M. Lumma, aġenti); u Land Sachsen-Anhalt (Il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Donat u G. Quardt, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2002 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta' fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG huma kkundannati jbatu, barra mill-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll minn Zellstoff Stendal GmbH u l-Land Sachsen-Anhalt. |
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |