Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0513

    Kawża C-513/08 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta' Novembru 2008 minn Luigi Marcuccio kontra d-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla), tad- 9 ta' Settembru 2008 , fil-Kawża T-143/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/19


    Appell ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2008 minn Luigi Marcuccio kontra d-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla), tad-9 ta' Settembru 2008, fil-Kawża T-143/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-513/08 P)

    (2009/C 32/31)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tal-appellant

    1. F'kull każ:

    (1.a)

    tannulla s-sentenza appellata in toto;

    (1.b)

    tiddikjara li l-appell inkwistjoni huwa perfettament ammissibbli;

    u barra minn hekk:

    2/A prinċipalment: (2/A.l) tannulla d-deċiżjoni kkontestata; (2/A.2) tannulla, safejn meħtieġ, il-kalkolu Nru 58; (2/A.3) tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta' ċħid ta' dan l-appell; (2/A.4) tikkundanna lill-appellata, abbażi tal-paragrafi segwenti, tħallas lill-appellant is-somma ta' EUR 324.09 (tliet mija u erba' u għoxrin Ewro u disa' ċenteżmi), jew dik is-somma, ikbar jew iżgħar minn dik imsemmija hawn fuq, li din il-Qorti tqis ġusta u ekwa; (2/A.5) tikkundanna lill-appellata, safejn huwa neċessarju, li tħallas lill-appellant, b'mod konformi mal-liġijiet applikabbli għall-każ, dak li huwa dovut lilu u li għadu ma ġiex rimborżat lilu mill-ispejjeż tal-eżami mediku tat-28 ta' Settembru 2005; (2/A.6) tikkundanna lill-appellata tħallas lill-appellant l-interessi għad-dewmien fuq is-somom imsemmija fil-punti preċedenti 2/A.4 u 2/A.5 ta' dan ir-rikors tal-appell, f'dan il-każ bil-kapitalizzazzjoni, bid-dies a quo u d-dies a quem li għandhom jiġu ddeterminati skont l-atti tal-kawża inkwistjoni; (2/A.7) tikkundanna lill-appellata tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż kollha tal-proċeduri

    kif ukoll,

    2/B. sussidjarjament, terġa' tibgħat il-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex din terġa' tiddeċiedi fuq il-mertu tagħha.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    1.

    Żnaturament u distorsjoni tal-fatti kif ukoll tal-affermazzjonijiet tal-appellant esposti fin-noti ta' osservazzjonijiet tiegħu, anki minħabba l-ineżattezza materjali tal-istħarriġ imwettaq mill-Qorti tal-Prim'Istanza (b'mod partikolari l-punti 36, 38, 39 u 41 tad-Digriet appellat).

    2.

    Interpretazzjoni u applikazzjoni falza u żbaljata tal-kunċett ta' att li jista' jiġi kkontestat, anki minħabba konfużjoni, nuqqas ta' razzjonalità, nuqqas ta' loġika, ksur tal-Artikolu 231 tat-Trattat KE u twarrib tal-ġurisprudenza relatata mal-effetti tal-annullament, min-naħa tal-Qorti Komunitarja, ta' deċiżjoni li toriġina minn istituzzjoni Komunitarja, ksur tal-prinċipju tal-awtorità tar-res iudicata, ksur tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri (b'mod partikolari l-punti 39 u 41 tad-Digriet appellat).


    Top