Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0509

    Kawża C-509/08: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/18


    Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-509/08)

    (2009/C 32/29)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Sénéchal u I. Hadjiyiannis, aġenti)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Diċembru 2004, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (1), u f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

    tikkundanna lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/108/KE skada fl-20 ta' Jannar 2007. Issa fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji, jew, f'kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU L 390, p. 24.


    Top