Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0297

    Kawża C-297/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Klaus Bourquain (Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen — Artikolu 54 — Prinċipju ta' ne bis in idem — Kamp ta' applikazzjoni — Sentenza ta' kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti — Kunċett ta' sentenza definittiva — Regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali — Kunċett ta' piena li ma tkunx tista' tiġi infurzata iżjed )

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Klaus Bourquain

    (Kawża C-297/07) (1)

    (Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen - Artikolu 54 - Prinċipju ta' “ne bis in idem’ - Kamp ta' applikazzjoni - Sentenza ta' kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti - Kunċett ta' “sentenza definittiva’ - Regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali - Kunċett ta' piena “li ma tkunx tista' tiġi infurzata iżjed’)

    (2009/C 32/08)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Regensburg

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Klaus Bourquain

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Regensburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU 2000, L 239, p. 19) — Interpretazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem — Kundanna mogħtija in absentia għall-istess fatti — Nuqqas ta' eżekuzzjoni u ta' kundanna koperta sussegwentement minn miżuri ta' amnestija ġenerali

    Dispożittiv

    Il-prinċipju ta' ne bis in idem stabbilit mill-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen (il-Lussemburgu) fid-19 ta' Ġunju 1990, japplika għal proċeduri kriminali mibdija fi Stat Kontraenti fir-rigward ta' fatti li l-akkużat ikun diġà ġie definittivament ikkundannat għalihom fi Stat Kontraenti ieħor, filwaqt li, bis-saħħa tad-dritt tal-Istat Membru li fih ikun ġie kkundannat u minħabba partikolaritajiet proċedurali bħal dawk fil-proċeduri prinċipali, il-piena li tkun ingħatatlu qatt ma kienet setgħet tiġi infurzata direttament.


    (1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


    Top