Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0293

    Kawża C-293/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Żoni ta' protezzjoni speċjali — Miżuri ta' protezzjoni insuffiċjenti)

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-293/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Żoni ta' protezzjoni speċjali - Miżuri ta' protezzjoni insuffiċjenti)

    (2009/C 32/06)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis, D. Recchia u M. Patakia, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) flimkien mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva, kif emendata bl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) — Nuqqas ta' protezzjoni taż-żoni ta' protezzjoni speċjali (ŻPS) — Eżistenza ta' attivitajiet li jistgħu jheddu l-integrità taż-ŻPS u li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi negattivi fuq l-għanijiet ta' preservazzjoni taż-ŻPS u tal-ispeċi li għalihom dawn iż-żoni ġew stabbiliti

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi u tapplika sistema legali koerenti, speċifika u sħiħa ta' natura tali li tassigura ġestjoni vijabbli u protezzjoni effettiva taż-żoni magħżula bħala żoni ta' protezzjoni speċjali fid-dawl tal-għanijiet ta' konservazzjoni stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (2) ta' din id-direttiva kif ukoll taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tagħha, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 182, 4.8.2007.


    Top