EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0414

Kawża T-414/07: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Novembru 2007 — Euro-Information vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' id li żżomm karta bi tliet triangoli)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/45


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2007 — Euro-Information vs L-UASI (Rappreżentazzjoni ta' id li żżomm karta bi tliet triangoli)

(Kawża T-414/07)

(2008/C 22/85)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Société Européenne de traitement de l'Information (Euro-Information) (Strasburg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

annullament tad-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-6 ta' Settembru 2007, kawża R-290/2007-1, safejn rrifjutat ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħha għal trade mark Komunitarja Nru 5 225 776 għal parti mill-prodotti u servizzi mitluba fil-klassijiet 9, 35, 36, 38 u 42;

reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 225 776 għal prodotti u s-servizzi kollha mitluba.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva komposta minn rappreżentazzjoni ta' id li żżomm karta segwita bi tliet triangoli suwed għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9,35, 36, 38 u 42 (applikazzjoni Nru 5 225 776)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għal dak li l-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI kkonstata fid-deċiżjoni kkontestata, il-komponenti tat-trade mark li r-reġistrazzjoni tagħha ġiet parzjalment irrifjutata huma distintivi u arbitrarji fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi mitluba u, għaldaqstant, l-użu flimkien tagħhom għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala distintiv u arbitrarju.


Top