EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0010

Kawża T-10/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Diċembru 2007 — Portela & Companhia vs L-UASI — Torrens Cuadrado et Gilbert Sanz (Bial) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Bial — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIAL — Raġuni relatata għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Prova ta' l-eżistenza tat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta' trade marks preċedenti — Motiv li jimmodifika s-suġġett tal-kawża — Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza — Spejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni )

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/43


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — Portela & Companhia vs L-UASI — Torrens Cuadrado et Gilbert Sanz (Bial)

(Kawża T-10/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Bial - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIAL - Raġuni relatata għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Prova ta' l-eżistenza tat-trade mark preċedenti - Koeżistenza ta' trade marks preċedenti - Motiv li jimmodifika s-suġġett tal-kawża - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Spejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni’)

(2008/C 22/79)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portela & Companhia, SA (S. Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentant: J. Conceição Pimenta, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Juan Torrens Cuadrado u Josep Gilbert Sanz (Gava, Spanja)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tal-UASI ta' l-14 ta' Settembru 2005 (każ R 897/2004-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Juan Torrens Cuadrado u Josep Gilbert Sanz, minn naħa, u Portela & Companhia, SA, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fuq is-Suq Intern (Trade marks u disinni) (L-UASI) ta' l-14 ta' Settembru 2005 (każ R897/2004-1) hija annullata safejn tordna lir-rikorrenti tbati s-somma ta' EUR 600 għall-ispejjeż sostnuti minn Torres Caudrado u Gilbert Sanz għall-finijiet tal-proċedura ta' oppożizzjoni.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Portela & Companhia, SA għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


Top