EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0242

Kawża C-242/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju tal-Belgju vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Terminu tar-rikors — Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Oriġinal tar-rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Inammissibbiltà — Kunċett ta' żball skużabbli — Kunċett ta' 'każ fortuwitu)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju tal-Belgju vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-242/07 P) (1)

(Appell - Terminu tar-rikors - Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Oriġinal tar-rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Inammissibbiltà - Kunċett ta' “żball skużabbli’ - Kunċett ta' 'każ fortuwitu)

(2008/C 22/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, aġent, J.-P. Buyle u C. Steyaert, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-15 ta' Marzu 2007, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (T-5/07), li permezz tiegħu il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli, minħabba li ġie mressaq tard, ir-rikors ta' l-appellant għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2006, li tirrifjuta li tagħtih lura s-somma prinċipali mħallsa minnu u l-interessi imħallsa fir-rigward ta' dejn mal-Fond Soċjali Ewropew — Termini ta' rikors u termini sabiex jiġi ppreżentat l-oriġinal mibgħut minn qabel permezz ta' faks — Kunċetti ta' każ fortuwitu u ta' żball skużabbli

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


Top