Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0317(02)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi

    ĠU C 83, 17.3.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    17.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Marzu 2011

    li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi

    2011/C 83/03

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 stabbilixxa l-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2010 sad-19 ta’ Ottubru 2015, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti membri.

    (3)

    Il-Gvern tal-Irlanda, ta’ Franza u dak tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw nomini għal għadd ta’ postijiet li għandhom jimtlew,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Irlanda, Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi, għall-perijodu li jintemm fid-19 ta’ Ottubru 2015:

    I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

    Pajjiż

    Membri

    Supplenti

    Irlanda

    Is-Sinjura Anne McMANUS

    Is-Sur Tim RYAN

    Pajjiżi l-Baxxi

    Is-Sinjura A.A.J. VRIJ

    Is-Sur A.G. BLOEMHEUVEL


    II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

    Pajjiż

    Membri

    Supplenti

    Irlanda

    Is-Sur Stellan HARMANSSON

    Is-Sur Eamonn DEVOY

    Pajjiżi l-Baxxi

    Is-Sur G. VELDHUIS

    Is-Sinjura H. DE GEUS


    III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

    Pajjiż

    Membri

    Supplenti

    Irlanda

    Is-Sinjura Claire JONES

    Is-Sinjura Jean WINTERS

    Franza

    Is-Sinjura Emilie MARTINEZ

    Is-Sinjura Marie-Christine FAUCHOIS

    Pajjiżi l-Baxxi

    Is-Sinjura L.M. VAN EMBDEN ANDRES

    Is-Sur R. BLAAKMAN

    Artikolu 2

    Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    CZOMBA S.


    (1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 290, 27.10.2010, p. 5.


    Top