This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0064
Commission Regulation (EC) No 64/2009 of 22 January 2009 fixing representative prices in the poultrymeat and egg sectors and for egg albumin, and amending Regulation (EC) No 1484/95
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 64/2009 tat- 22 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 64/2009 tat- 22 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
ĠU L 19, 23.1.2009, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31995R1484 | Sostituzzjoni | anness 1 | 23/01/2009 |
23.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 19/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 64/2009
tat-22 ta’ Jannar 2009
li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi. |
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
Kodiċi NM |
Deżinjazzjoni tal-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
124,2 |
0 |
AR |
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
125,0 |
0 |
BR |
138,6 |
0 |
AR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
239,0 |
18 |
BR |
268,4 |
10 |
AR |
||
279,6 |
6 |
CL |
||
0207 14 50 |
Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati |
180,9 |
9 |
BR |
0207 14 60 |
Koxox tat-tiġieġ, iffriżati |
126,7 |
5 |
BR |
0207 25 10 |
Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati |
213,5 |
0 |
BR |
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
311,9 |
0 |
BR |
316,5 |
0 |
CL |
||
0408 11 80 |
Isfra tal-bajd |
452,7 |
0 |
AR |
0408 91 80 |
Bajd imnixxef bla qoxra |
427,9 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
269,6 |
5 |
BR |
3502 11 90 |
Albumini mnixxfa tal-bajd |
604,0 |
0 |
AR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”