This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R2160
Regulation (EC) No 2160/2003 of the European Parliament and of the Council of 17 November 2003 on the control of salmonella and other specified food-borne zoonotic agents
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel
ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/04/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32003R2160R(01) | (CS) | |||
Corrected by | 32003R2160R(02) | (FR) | |||
Corrected by | 32003R2160R(03) | (MT) | |||
Corrected by | 32003R2160R(04) | (FI) | |||
Modified by | 32005R1003 | Emenda | anness 1 | 01/07/2005 | |
Modified by | 32006R1791 | Tlestija | artikolu 5.7 | 01/01/2007 | |
Modified by | 32007R1237 | Emenda | anness 2 | 01/11/2007 | |
Derogated in | 32009R0199 | Deroga | artikolu 1.2 | 03/04/2012 | |
Modified by | 32009R0213 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/01/2010 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 11.4 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 14.3 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 11.2 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 13 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Emenda | artikolu 12.3 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 17.2 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Emenda | artikolu 4.1 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 10.5 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 5.6 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Emenda | artikolu 8.1 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Emenda | artikolu 4.6 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 4.7 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32009R0596 | Sostituzzjoni | artikolu 9.4 | 07/08/2009 | |
Modified by | 32011R0517 | Żieda | anness II.C L 6 | 29/05/2011 | |
Modified by | 32011R1086 | Sostituzzjoni | anness II PE)PA1 | 01/12/2011 | |
Modified by | 32013R0517 | Tlestija | artikolu 5.7 | 01/07/2013 | |
Modified by | 32016R0429 | Tlestija | artikolu 9 paragrafu 3 | 20/04/2016 |
Official Journal L 325 , 12/12/2003 P. 0001 - 0015
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) ta’ dan, Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li konsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni, Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], billi: (1) Annimali ħajjin u ikel ta’ annimali ta’ oriġini jidhru fuq il-lista f’L-Anness 1 għat-tratt. Biedja tal-bhejjem u l-ippjazzar fuq is-suq ta’ ikel ta’ oriġini ta’ annimali li jikkostitwixxu egħjun importanti ta’ dħul għall-bdiewa. L-implimentazzjoni ta’ mizuri veterinarji huma mirati biex jgħollu l-livell tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali fil-komunità u jgħinu l-izvilupp razzjonali tas-settur tal-biedja. (2) Il-protezzjoni tas-saħħa umana kontra mard u infezzjonijiet trasmessi direttament jew indirettament bejn annimali u umani (żonożi) huwa ta’ importanza kbira (3) Żonożi li tista tiġi trasmessa mill-ikel tista' toħloq sofferenza tal-bniedem, kif ukoll telf ekonomiku għall-produzzjoni u l-industrija ta’ l-ikel (4) Żonożi trasmessa permess ta’egħjun minbarra ikel, speċjalment għall-popolazzjoni ta’ annimali domestiċi u slavaġ huma wkoll kwistjoni ta’ inkwiet. (5) Żonożi preżentati fuq il-livell ta’ produzzjoni ta’ livelli primarji għandhom ikunu adgwatament ikkontrollati biex jiżguraw li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu milħuqa.adankollu, fil-każ tal-produzzjoni ta’ prodotti primarji mill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel li jipproduċihom, għall konsumatur aħħari jew ħwienet lokali, huwa xieraq li tiġi protetta s-saħħa pubblika bil-liġi nazzjonali. F’dan il-każ hemm relazzjoni mill-qrib bejn min jipproduċi u l-konsumatur. Prodotti bħal dawn m’għandhomx jagħmlu kontribuzzjoni importanti fuq il-medja tal-prevalenza ta’ Zoonitiċi fil-popolazzjoni ta’l-annimali fil-komunità kollha.Il-ħtiġiet ġenerali għall-kampjunaġġ u analiżi jistghu ma jkunux prattici u kif suppost għalmin jipproduċi b’ammont zgħir ta’ annimali li jistgħu jiġu mqiegħda f’reġjunijiet li jsofru minn trażżin ġeografiku (6) Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE ta’17 Diċembru 1992 li jikkonċerna miżuri għall-proteżżjoni kontra zoonotiċi speċifiċi u aġenti zoonotiċi speċifiċi f’annimali u prodotti li joriġinaw min annimali ħalli jinżammu tifqigħ ta’ infezzjonijiet ta’ l-ikel u intossikazzjonijiet [4] ipprovdut għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ għal ċerta zoonotiċi u kontroll fuq salmonella f’ċerta merħliet tat-tjur (7) Id-Direttiva staqsiet Stati Membri biex jagħtu lill-Kummissjoni l-miżuri nazzjonali li kienu ħadu u l-għanijiet tad-direttiva u li jistabilixxu pjanijiet għall-moniteraġġ tas-salmonella fit-tjur. Madankollu, Direttiva tal-Kunsill 97/22/EC [5] tagħmel emenda għall Direttiva 92/117/KEE li tissospendi l-ħteġiet li mhux deċiża għar-reviżjoni ikkonsidrata fl-Artikolu 15a tad-Direttiva 92/117/KEE (8) Numru ta’ Stati Membri diġa poġġew il-pjanijiet tagħhom għall-moniteraġġ tas-salmonella li ġie approvat mill-Kummissjoni Barra minhekk l-Istati membri kollha kienu meħtieġa, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1998, li jtemmu l-miżuri minimi stabbiliti għas-salmonella fl-Anness II, Sezzjoni I għall Direttiva 92/117/KEE u li jistabbilixxu reġoli li jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jiġu meħuda biex tevita l-introduzzjoni tas-salmonella fir-razzett (9) il-miżuri minimi li jikkonċernaw il-moniteraġġ u l-kontroll tas-salmonella f’merħliet li jiġu mrobbija ta’ l-ispeċji Gallus gallus Meta serotipi Salmonella enteritidis jew Salmonella typhimurium jiġu skoperti u konfermati f’kampjuni meħuda, Direttiva 92/117/KEE tistabbilixxi miżuri speċifiki għall-kontroll ta’ infezzjoni (10) Leġislazzjoni ta’ Komunità oħra tipprovdi għall-moniteraġġ u kontroll ta’ ċertu zoonotiċi f’popolazzjonijiet ta’ l-annimali B’mod partikolari id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’Ginju 1964 fuq problemi fuq is-saħħa ta’ l-annimali ji jħallu effett fuq kummerċ intra-komunitarju f’annimali bovini u ħnieżer [6] li għandha x’taqsam ma tuberkolosi tal-bovini u brucellosi tal-bovini. Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta Jannar 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggovernaw il-kummerċ intrakomunitarju f’nagħaġ [7] u għandha x’ taqsam ma nagħag u bruċellosi tan-nagħaġ Dan ir-Regolament m’għandu joħloq l-ebda duplikat mhux neċessarju ta’ dawn il-ħtiġiet (11) Barra minhekk, liġi futura tal-komunità fuq Iġjene ta’ l-ikel u elementi neċessarji għall-prevenżjoni, kontroll u moniteraġġ ta’ aġenti zootoniċi u aġenti zootoniċi li jinkludu ħteġiet speċifiċi għall-kwalità ta’ ikel mikrobijotiċi (12) Direttiva 92/117/KEE [8] tipprovdi għall ġbir ta’ informazzjoni fuq il-preżenza ta’ zoonotiċi u aġenti zoonotiċi f’ikel, annimali, ikel u umani. Dik is-sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni, għalkemm m'hix armonizzata u għalhekk ma tħallix li jsir paragun bejn Stati membri, tipprovdi bażi għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti li tikkonċerna aġenti Zoonotiċi jew zoonotiku fil-komunità (13) Ir-riżultati tas-sistema ta' ġbir ta’ informazzjoni juru li ċertu aġenti zoonotiċi, speċjalment Salmonella spp u Campylobacter spp jikkawżaw il-maġġoranza tal-każijiet ta' Zoonożi fl-umani. Jidher li qed ikun hemm anqas tendenza ta’ Salmonella f’każijiet umani, b’mod partikolari minħabba Salmonella enteritidis u Salmonella typhimurium, li b’hekk jirrifletti s-suċċess ta’ miżuri ta’ kontroll relatati meħuda fil-komunità Madankollu wieħed irid ukoll jassumi li ħafna każijiet ma ġewx rappurtati u għalhekk l-informazzjoni miġbura mhux neċessarjament tagħti l-istampa kollha tas-sitwazzjoni. (14) Fl-opinjoni tagħha fuq Zoonozi adottata fit-12 ta’ April 2000, il-Kumitat Xjentifiku fuq miżuri veterinarji li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa pubblika kunsidra li l-miżuri wżati waqt dak iż-żmien ta’ kontroll ta’ infezzjonijiet Zoonotiċi ma kienux suffiċjenti. Huwa anki ikkunsidrat li l-informazzjoni epidermologika li l-Istati Membri kienu qed jiġbru ma kenitx kompluta u ma setgħetx tiġi mqabbla. Bħala konsegwenza, l-Kumitat irrakkmanda arranġamenti ta’ moniteraġġ aħjar u ghazliet ta’ ġestjoni ta’ riskju identifikati. (15) Huwa għalhekk neċessarju li ittejjeb is-sistemi ta’ kontroll eżistenti għall-aġenti zootnotiċi eżistenti. Fl-istess ħin il-liġijiet stabbiliti bid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-moniteraġġ ta’aġenti Zoonoħi u Zoonotiċi, li jemendaw id-deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li jneħħu d-direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE li jieħu post il-monituraġġ u ta’ sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni stabbilita bid-Direttiva 92/117/KEE. (16) Bi prinċipju l-kontrolli għandhom jikkonsidraw il-katina ta’ l-ikel kollha, mir-razzett sal-mejda (17) Ir-liġijiet li jirregolaw dawn il-kontrolli għandhom ġeneralment ikunu dawk stabbiliti taħt il-leġislazzjoni tal-komunità fuq ikel, saħħa ta’ l-annimali u Iġjene ta’ l-ikel (18) Madankollu, għal certa żonożi u zonotiċi huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ħtiġiet neċessarji għall-kontrolli (19) Dawk il-ħtiġiet neċessarji għandhom ikunu bażati fuq it-tnaqqis ta’ importanza ta’ aġenti zonożi u zonotiċi. (20) L-objettivi jridu jiġu stabbiliti għall-aġenti żonożi u żonotiċi f’popolazzjonijiet ta’ l-annimali fejn, b’mod partikolari, jittiehed kont tal- frekwenza tagħhom u t-tendenza epidermjoloġiku f’popolazzjonijiet ta’ annimali u umani, għalf u ikel, l-importanza għall-bniedem, konsegwenżi potenzali ekonomiċi, parir xjentifiku u l-ezistenza ta’ miżuri xierqa għat-tnaqqis ta’ din l-importanza. Objettiv jista’ jiġi stabbilit b’konsiderazzjoni ta’ partijiet oħra tal-katina ta’ l-ikel, fejn neċessarju (21) Biex tiżgura li dawn l-objettivi jinġiebu fi żmien xieraq, li l-komunità għandha tapprova, l-Istati-membri għandhom jistabbilixxu programmi ta’ kontroll speċifiċi li l-komunità għandha tapprova. (22) L-akbar responsabbilità għas-sigurtà ta’ l-ikel għandha tkun fl-operaturi ta’ l-ikel u l-għalf.L-Istati Membri għandhom għalhekk iħeġġu l-ħolqien ta’ programmi ta’ kontroll fuq kummerċ dinji. (23) Bil-programmi ta’ kontroll tagħhom l-Istati Membri u operaturi tal-kummerċ ta’ għalf u ikel jistgħu juzaw metodi ta’ kontroll ieħor. Madankollu, ċerti metodi jistgħu ma jkunux miġjuba b’mod partikolari jekk ifixklu l-kisba ta’ objettiv b’mod ġenerali, jekk jindahlu speċifikament f’sistemi ta’ testijiet neċessarji jew jagħtu bidu għal theddid lis-saħħa pubblika Proċeduri xierqa għandhom għalhekk ikunu stabbiliti li jgħinu lill-Komunità tiddeċiedi li ċerti metodi ta’ kontroll m’għandhomx jiġu wżati bħala parti mill-programmi ta’ kontroll. (24) Metodi ta’ kontroll jistgħu wkoll jeżistu jew ikunu żviluppati li ma jaqgħux taħt l-ebda liġi speċifika tal-komunità fuq approvazzjoni tal-prodott imma li jgħinu biex jakkwistaw l-objettivi għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta’ aġenti Zonożi u zonotiċi speċifiki. Għandu, għalhekk ikun possibbli li japprova l-użu ta’ metodi bħal dawn fuq livell ta’ Komunità. (25) Ikun essenzali li tiżgura li li restocking ta’ l-annimali jseħħ minn merħla jew qatgħa li kienu suġġett għall-kontrolli bi ftehim mal-ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament. Meta program ta’ kontroll speċifiku qiegħed fis-seħħ, ir-riżultati ta’ l-ittestjar għandhom ikunu mgħoddija għax-xiri ta’ l-annimali Għal dak il-għan, ħtiġiet speċifici għandhom ikunu miżjuda mal-liġijiet li jikkorrispondu mal-komunità fuq kummerċ intra-komunitarju u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari fejn jidħlu kunsinni ta’ annimali ħajjin u bajd qed ifaqqas. Direttiva 64/432/KEE, Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 fuq saħħa u problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terżi [9] u Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 fuq kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw kummerċ intra-komunitarju u importazzjonijiet minn pajjiżi terżi ta’ tjur u bajd qed ifaqqas [10] għandhom ikunu emendati kif suppost (26) L-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tħalli effett fuq il-garanziji miftiehma għall-Fillandja u l-Isvezja fuq l-aċċessjoni fil-komunità u konfermati mid-Deciżjoni tal-Kunsill 94/968/KE [11], 95/50/KE [12] 95/160/KE [13], 95/161/KE [14] 95/168/KE [15] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/409/KE [16] 95/410/KE [17] u 95/411/KE [18] Dan ir-Regolament għandu jipprovdi proċedura għas-sensja, għall-perjodu transitorju, għall-garanziji għal kull Stat Membru li approva l-programm nazzjonali tal-kontroll li jeċċedi l-minimu tal-ħtiġiet f’relazzjoni mas-salmonella. Ir-riżultati ta’ testijiet fuq annimali ħajjin u bajd qed ifaqqas f’kummerċ ma tali Stat Membru għandhom jimxu mal-kriterji stabbiliti fil-programm nazzjonali ta’ kontroll.Leġislazzjoni futura tal-komunità fuq regoli ta’ Iġjene għall-ikel ta’ oriġini ta’ l-annimali għandha tipprovdi proċeduri simili b’rispett tal-laħam u bajd ta’ fuq il-mejda. (27) Pajjiżi terzi li jesportaw fil-Komunità għandhom jimplimentaw miżuri ekwivalenti fuq il-kontroll ta’ żonożi u fl-istess ħin bħala miżura huma applikati fil-komunità. (28) Fejn jidħol kontroll fuq salmonella, informazzjoni disponibbli turi li prodotti tat-tajr huma sors maġġuri ta’ salmonellosis tal-bniedem. Miżuri ta’ kontroll għandhom għalhekk ikunu applikati għall-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti, għalhekk jestendi l-miżuri mibdija taħt Direttiva 92/117/KEE. Fejn tidħol il-produzzjoni ta’ bajd tal-mejda, huwa importanti li jiġu stabbiliti miżuri speċifici li jikkonċernaw il-pozizzjoni fuq is-suq ta’ prodotti li joriġinaw minn merħliet li ġew ittestjati u li m’għandhomx salmonella. Fejn jidħol laħam tat-tjur, il-mira hi li jitpoġġa fuq is-suq laħam tat-tajr b’assigurazzjoni raġunevoli li hija ħielsa minn salmonella relevantiPerjodu transitorju huwa neċessarju biex operaturi tal-kummerċ ta’ l-ikel jaddottaw il-miżuri ikkonsidrati, li jistgħu jiġu adottati ìl quddiem b’mod partikolari fid-dawl ta’ testjar ta’ riskji xjentifiċi (29) Huwa xieraq li jiġu innominati laboratorji ta’ referenza tal-komunità biex jagħtu gwida u assistenza fuq sitwazzjinijiet li jaqgħu taħt l-iskop ta’ dan ir-Regolament (30) Biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet għandhom ikunu magħmulha għall-organizzazzjonijiet tal-komunità u spezzjonijiet bi ftehim ma leġislazzjonijiet ta’ komunitajiet oħra f’dan il-qasam (31) Proċeduri xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex jemendaw ċerta dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex jikkonsidra progress tekniku u xjentifiku u għall-addozzjoni ta’ implimentazzjoni u miżuri transitorji (32) Biex jikkonsidraw progress tekniku u xjentifiku, kooperażżjoni mill-viċin u effettiva għandha tkun żgurata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ġewwa l-Kumitat wieqaf stabbilit mir-Regolament (KE) No 178/2002 [19] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 Jannar 2002 li tniżżlu l-prinċipji ġenerali u ħtiġiet għal-liġi ta’ l-ikel, li jistabilixxu l-awtorità tas-sigurtà ta’ l-ikel flimkien ma' proċeduri u ħtiġiet f’suġġetti għas-sigurtà ta’ l-ikel (33) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [20], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Il-KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET TA’ INTRODUZZJONI Artikolu 1 Suġġett u skop 1. Ir-raġuni ta’ dan ir-Regolament huwa biex tiżgura li l-miżuri effettivi huma meħudin biex jicċekkjaw u jikkontrollaw is-salmonella u aġenti zonotiċi oħra f’kull stadju relevanti tal-produzzjoni, proċess u distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ prodotti primarji, li jinkludi għalf, biex jiġi mnaqqas l-importanza tagħhom u r-riskju li jsostnu għall-pubbliku 2. Dan ir-Regolament jikkonsidra (a) L-adozzjoni ta’ versalli għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta' żonożi speċifiċi fil-popolazzjoni ta’ l-annimali (i) fil-livell ta’ produzzjoni primarja (ii) meta xieraq għall-aġenti żonożi jew żonotiċi ikkonċernati fi stadji oħra tal-katina ta’ l-ikel li tinkludi l-għalf (b) l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll speċifiku stabbilita mill-Istati Membri u operaturi ta’ ikel u għalf (ċ) l-addozzjoni ta’ liġijiet speċifici li jikkonċernaw ċerti metodi ta’ kontroll applikati fit-tnaqqis ta’ importanza ta’ żonożi u żonotiċi (d) l-addozzjoni ta’ liġijiet li jikkonċernaw kummerċ intra-komunitarju u importazzjoni minn pajjiżi terżi jew ċerti annimali u prodotti ta’ dan. 3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika lill-produzzjoni primarja (a) għall-użu domestiku u privat (b) li twassal għall-provvista diretta, mill-produttur ta’ kwantitajiet zgħar ta’ prodotti primarji għall-konsumatur finali jew stabbiliment ta’ ħwienet lokali li direttament jissupplixxu l-prodotti primarji għall-konsumatur finali 4. L-Istati Membri jistabbilixxu taħt liġi nazzjonali, liġijiet li jiggvernaw l-attivitajiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 3(b) Dawn il-liġijiet nazzjonali għandhom jiżguraw li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma milħuqa 5. Ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar speċifiċi tal-komunità fuq saħħa ta’ l-annimali, nutrizzjoni ta’ l-annimali, iġjene ta’ l-ikel, mard uman li jista’ jiġi trasmess, saħħa u sigurtà fil-post tax-xogħol, teknoloġija tal-ġeni u encephalopathies spongiform li jista jiġi trasmess Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin: 1. Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) No 178/2002 2. Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Direttiva 2003/99/KE 3. Id-definizzjonijiet li ġejjin (a) "merħla" tfisser annimali jew ġruppi ta’ annimali miżmuma f’razzett bħala qasam epidermiologiku u, (b) "merħla" tfisser kull tajr ta’ l-istess stat ta’ saħħa miżmum fuq il-post jew fl-istess post u li jagħmel unita epidermjologika waħda, fil-każ ta’ tajr li jinżamm ġewwa, li jinkludi għasafar li jaqsmu l-istess arja. Artikolu 3 Awtoritajiet kompetenti 1. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti għar-Raġuni ta’ dan ir-Regolament u li jinnotifika n-notifika ta’dan. Jekk Stat Membru jinnomina iktar minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu (a) jinnotifika lill-kummissjoni ta’ l-awtorità kompetenti li għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall kuntatti mal-kummissjoni u (b) jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw biex jagħmlu garanzija ghall-implimentazzjoni tal-ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament. 2. L-awtorità lokali kompetenti jew awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli partikolarment għall- (a) istabbiliment ta’ programmi li hemm dispożizzjonijiet għalihom fl-Artikolu 5(1) u jippreparaw emendi li huma neċessarji, b’mod partikolari fid-dawl ta’ informazzjoni u r-riżultati miġjuba (b) il-ġbir ta’ informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tal-mezzi użati u r-riżultati miġjuba fl-istħarriġ tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 5 u għas-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni u r-rizultati annwali, li jinkludu r-riżultati ta’ stħarriġ neċessarju, għall-kummissjoni, ikkunsidraw ir-regoli stabbiliti wara l-Artikolu 9(1) tar-Direttiva 2003/99/KE (ċ) stħarriġ ta’ iċċekkjar regolari fuq il-post ta’ ikel u, jekk hemm bżonn, kummerċ ta’ ikel għar-raġunijet ta’qbil ma dan ir-Regolament Il-KAPITOLU II VERSALLI TAL-KOMUNITA Artikolu 4 Versalli tal-komunità għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi 1. Versalli tal-komunità għandhom jiġu stabbiliti għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi li hemm fil-lista ta’ l-Anness I, Kolonna 1, fil-popolazzjoni ta’ annimali li hemm fil-lista f’L-Anness I, Kolonna 2, ikkonsidrati b’ mod patikolari (a) l-esperjenza miġjuba taħt miżuri nazzjonali eżistenti,u (b) informazzjoni mibgħuta lill-kummissjoni jew lill-awtorità tas-sigurtà ta’ l-ikel ewropew taħt il-ħtiġiet tal-komunità eżistenti, b’mod partikolari fl-iskema ta’ informazzjoni provduta għaliha fid-Direttiva 2003/99/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 5 ta’ dawn il-versalli u kull emenda għandha tiġi stabbilita fi ftehim mal-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 14(2). 2. Il-versalli li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mill-inqas minn (a) espressjoni numerika ta’ (i) il-percentwali massima ta’ unita epidermjoloġika li jibqgħu pozittivi, u/jew (ii) il-percentwali minima ta’ tnaqqis fin-numru ta’ unitajiet epidermjologiċi li jibqgħu pozittivi (b) il-limitu ta’ ħin massimu f’liema il-versall għandu jiġi akkwistat (ċ) id-definizzjoni ta’ l-unitajiet epidermjologiċi li hemm referenza għaliha f’ (d) definizzjoni ta’ skemi ta’ testjar neċessarji biex jiġu verifikati l-akkwist ta’dan il-versall (e) id-definizzjoni, fejn relevanti ta serotipi b’tifsira importanti għas-saħħa pubblika jew ta’ sub-tipi oħra ta’ aġenti zonożi u żonotiċi li hemm fil-lista f’L-Anness 1, Kolonna 1, ikkonsidrat il-kriterji ġenerali li hemm fil-lista ta’ paragrafu 6(ċ) u kull kriterju speċifiku stabbilit f’L-Anness III 3. Versall tal-komunità għandu jiġi stabbilit għall-ewwel darba qabel id-dati relevanti indikati fl-Anness I, Kolonna 4 4. (a) Meta definit f’kull versall tal-komunità, l-kummissjoni għandha tipprovdi analiżi ta’ l-infiq u l-benefiċċji Din l-analiżi għandha tikkonsidra, b’mod partikolari, l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 6(ċ) L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-assistenza neċessarja biex tippermetti l-preparazzjoni ta’ l-analiżi (b) Qabel il-proposta ta’ kull versall fil-komunità, l-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri ġewwa l-komunità b’riferenza għaliha fl-Artikolu 14(1) fuq ir-riżultati ta’ l-analiżi (ċ) Fid-dawl tar-riżultati ta’ l-analiżi u l-konsultazzjoni ta’ l-Istati Membri, l-Kummisjoni għandha tipproponi versalli tal-komunità fejn suppost 5. Madankollu, bħala deroga mill-paragrafu 2(e) u 4, il-liġijiet li jmiss għandhom japplikaw għal tjur għal perjodu transitorju Il-versall tal-komunità stabbilit għall-merħliet li jiġu mrobbija ta’ Gallus gallus għal perjodu transitorju għandhom ikopru l-ħames serotipi l-aktar frekwenti ta’ salmonella f’salmonellosi umana li għandha tkun identifikata fuq bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-KE. Il-versall tal-komunità stabbilit għal tiġieġ li jbidu, u dundjani għall-perjodu transitorju għandu jkopri salmonella enteritidis u salmonella typhimurium. Madankollu, jekk neċessarju, dawn il-versalli jistgħu jiġu estiżi għall serotipi oħra fuq il-bażi ta’ riżultati ta’ analiżi mmexxija bi ftehim ma paragrafu 4. Il-perjodu transitorju għandu japplika għal kull versall tal-komunità għat-tnaqqis ta’l-importanza tas-salmonella fl-għasafar. Għandu jdum tlett snin b’kull każ jibda mid-data msemmija f’kolonna 5 ta’ l-Anness I. 6. (a) (a) L-Anness I jista jkun emendat fi ftehim mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2) għal raġunijiet li hemm fil-lista f’sub-paragrafu (b) wara li jiġu kunsidrati b’mod partikolari l-kriterji fil-lista ta’ sub-paragrafu (c) (b) Emendi għall-Anness 1 jistgħu jbiddlu l-iskop tal-ħtiġiet, fejn jidħol l-istabbiliment ta’versalli tal-komunità billi jissupplimentaw restrizzjonijet u tibdil (i) ta aġenti żonożi u żonotiċi; (ii) l-istadji tal-katina ta’ l-ikel, u/jew (iii) il-popolazzjoni ta’ l-annimali konċernati (ċ) Il-kriterji konċernati qabel emenda Annex I jinkludu b’rispett għall-aġenti żonożi u żonotiċi konċernati (i) il-frekwenza f’popolazzjoni ta’ l-annimali u umani għall-ikel jew għalf (ii) il-gravità ta’ l-effett tagħha għall-umani (iii) il-konsegwenzi għas-saħħa ta’ l-annimali u umani u għall-kura ta’ ikel u kummerċ ta’ ikel (iv) tendenza epidermjologika f’popolazzjonijiet ta’ annimali u umani, ikel u għalf (v) Parir xjentifiku; (vi) Żvilupp teknologiku, li għandu x’jaqsam partikolarment mal-prattika tal-kontroll ta’ l-ghazliet disponibbli, u (vii) ħtiġiet u tendenzi li jikkonċernaw is-sistema ta’ tkabbir u metodi ta’ produzzjoni 7. L-Anness III jista’ jkun emendat jew miżjud bi ftehim mal-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14(2) 8. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni tal-komunità u tikkonsidra din ir-reviżjoni meta tipproponi iktar versalli 9. Miżuri meħuda biex titnaqqas iż-żieda ta’ aġenti żonożi u żonotiċi li hemm fil-lista ta’ l-Anness I għandhom ikunu implimentata bi ftehim mal-liġijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u kull liġi adottata wara dan. Il-KAPITOLU III PROGRAMMI TA’ KONTROLL Artikolu 5 Programmi ta’ kontroll nazzjonali 1. Biex jinkisbu l-Versalli tal-komunità, li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 4 Stati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta’ kontroll nazzjonali għal kull aġent ta’ żonożi u żonotiċi li hemm fil-lista ta’ l-Anness 1. Programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom ikollhom konsiderazzjoni għad-distribuzzjoni geografika ta’ żonożi f’kull stat membru u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-prodotturi primarji u operaturi ta’ ikel u għalf li jistabilixxu kontrolli effettivi 2. Programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom ikunu kontinwi u jkopru perjodu ta’ mill-inqas tlett snin konsekuttivi 3. Programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom (a) jipprovdu għall-iskoperta ta aġenti żonożi u żonotiċi bi ftehim mal-ħtiġiet u liġijiet minimi ta’ kampjunaġġ stabbiliti fl-Anness II (b) jipprovadu definizzjoni tar-responsabbilitajiet rispettivi ta’ l-awtoritajiet kompetenti u operaturi ta’ ikel u għalf (ċ) jispeċifikaw il-miżuri ta’ kontroll li għandhom jiġu meħuda wara l-iskoperta ta’ aġenti żonożi u żonotiċi, b’mod partikolari li jipproteġu s-saħħa pubblika u li jinkludi l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċistabbiliti f’L-Anness II (d) jippermettu l-progress taħt id-dispożizzjonijiet tagħhom biex jiġu evalwati u għall-dawk il-programmi li jridu jiġu reviżjonati b’mod partikolari fid-dawl tar-riżultati miġjuba mill-iskoperti ta’ aġenti żonożi u żonotiċi 4. Programmi ta’ kontroll għandhom jkopru għall-inqas l-istadji tal-katina ta’ l-ikel li ġejjin: (a) Prodotti ta’ l-ikel (b) prodotti ta’ annimali primarji (ċ) Proċess u preparazzjoni ta’ ikel u oriġini taànnimali 5. Programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom ikollhom, fejn relevanti, d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’relazzjoni mal-metodi ta’ testjar u kriterji fejn ir-rizultati ta’ dawn it-testijiet jistgħu jkunu kunsidrati, għall-ittestjar fuq annimali u bajd li jfaqqas imqassma fit-territorju nazzjonali, bħala parti mill-kontrolli uffiċjali provduti f’L-Anness II, parti A 6. Il-ħtiġiet u liġijiet minimi ta’ kampjunaġġ stabbiliti f’L-Anness II jistghu jkunu emendati, adottati jew miżjuda, fi ftehim mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(2) wara li jiġu kunsidrati b’mod partikolari l-kriterji f’punt C ta’ l-Artikolu 4(6) 7. F’sitt xhur ta’ l-istabbiliment tal-versalli tal-komunità provduti għalihom fl-Artikolu 4, Stati Membri għandhom jissottomettu programmi ta’ kontroll nazzjonali lill-Kummissjoni u jistabbilixxu miżuri li jridu jiġu implimentati Artikolu 6 Approvazzjoni tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali 1. Wara li l-Istati Membri jissottomettu Programmi ta’ kontrolli nazzjonali bi ftehim ma’ l-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha jkollha xahrejn biex tirrikjedi aktar informazzjoni rilevanti u neċessarja mill-Istati Membri L-Istati Membri għandhom jipprovdu aktar informazzjoni fix-xahrejn wara li jirċievu din it-talba.Il-Kummissjoni għandha fi żmien xahrejn milli tirċievi aktar informazzjoni jew, jekk ma staqsietx għal din l-informazzjoni, fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni tal-programm ta’ kontroll, tistabbilixxi jekk timxix mar-reġoli relevanti, inkluz dan ir-Regolament partikolari 2. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi l-konformità tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll jew fuq rikjesta ta’ l-Istat Membru li għamlet is-sottomissjoni, il-programm għandu jkun ikkonsidrat mingħajr dewmien mhux neċessarju b’ħarsien biex japprova l-ftehim mal-proċedura b’riferenza għaliha fl-Artikolu 14(2) 3. Emendi għall-programm approvati min qabel wara paragrafu 2 jistgu jkunu approvati, bi ftehim mal-proċeduri li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 14(2) li jikkonsidraw l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Istat Membru ikkonċernat, b’mod partikolari fid-dawl tar-riżultati li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(3)(d) Artikolu 7 Programmi ta’ kontroll tal-operaturi ta’ l-ikel u għalf 1. Ikel u għalf għall-operaturi ta’ l-ikel jew organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw dawn l-operaturi, jistgħu jistabbilixxu programmi ta’ kontroll, li jkopru kemm hu possibbli, kull stadju ta’ produzzjoni, proċess u distribuzzjoni 2. Jekk jixtiequ li l-programmi ta’ kontroll jiffurmaw parti mil-programm ta’ kontroll nazzjonali, operaturi ta’ ikel u għalf, jew l-organizzazzjonijiet li jirrapprezentawhom, għandhom jissottomettu il-programmi ta’ kontroll u kull emenda, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn ikunu allokati biex jiġu mistoqsija domandi. Jekk l-operazzjonijiet ikkonċernati jseħħu fi Stati Membri differenti, l-programmi għandhom ikunu approvati separatament għall kull Stat Membru 3. L-awtorità lokali kompetenti tista’ tapprova programmi ta’ kontroll li jkunu sottomessi wara paragrafu 2 biss jekk tkun sodisfatta li l-programmi ta’ kontroll jimxu mal-ħtiġiet neċessarji stabbiliti fl-Anness II u bl-għanijiet tal-progrommi ta’ kontroll nazzjonali 4. L-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati tal-programmi ta’ kontroll approvati ta’ l-operaturi ta’ ikel jew għalf jew l-organizzazzjonijiet li jirrapprezentawhom. Il-listi għandhom ikunu disponibbli għall-Kummisjoni fuq talba. 5. Operaturi kummerċjali ta’ ikel u għalf jew l-organizzazzjonijiet li jirrapprezentawhom għandhom jikkomunikaw b’mod regolari r-riżultati tal-programmi ta’ kontroll tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti KAPITOLI IV METODI TA’ KONTROLL Artikolu 8 Metodi ta’ kontroll speċifiku 1. Fuq inizjattiva tal-Kummssjoni jew fuq rikjesta ta’ l-Istat Membru u bi ftehim mal-proċedura f’riferenza għall-Artikolu 14(2): (a) Jista jkun deċiż li kontrolli speċifiċi jistghu jkunu applikati għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi fl-istadju tal-produzzjoni primarja ta’ annimali u stadji oħra tal-katina ta’ l-ikel (b) Liġijiet jistgħu jiġu addottati fejn jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ emtodi li jirreferu għall sub-paragrafu (a) (ċ) Liġijiet dettaljati jistgħu jkunu adottati għall-metodi li hemm riferenza għalihom f’sub-paragrafu (a) (d) Jista jkun deċiż li ċerti metodi speċifiċi ta’ kontroll m’għandhomx ikunu wżati bħala parti mill-programmi ta’ kontroll 2. Id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a) u (b) m’għandhomx japplikaw għall-metodi li jutilizzaw sustanzi jew teknikalitajiet ikkonsidrati mil-leġislazzjoni tal-komunità fuq nutrizzjoni ta’ l-annimali, adittivi ta’ l-ikel u prodotti mediċinali veterinarji Il-KAPITOLU V KUMMERC Artikolu 9 Sengħa Intra-Komunitarja 1. Mill-informazzjoni msemmija fl-Anness 1, kolonna 5 l-aktar tard, merħliet u ġemgħat ta’ oriġini ta’ speċje mnizzla f’kolonna 2 għandhom ikunu testjati għall-aġenti żonożi u żonotiċi li qegħdin fil-lista f’kolonna 1 qabel kull tqassim ta’ animali ħajjin, jew bajd qed ifaqqas, mill-post ta’ kummerċ ta’ oriġini. Id-data u r-riżultat ta’ l-ittestjar għandhom jinkludu ċertifikati tas-saħħa rilevanti li hemm provdut għalihom fil-leġislazzjoni tal-komunità 2. L-Istati Membri ta’ destinazzjoni għandhom, fi qbil mal-proċedura li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 14(2), jkunu awtorizzati għal perjodu transitorju li jirrikjedi li r-rizultati tat-testijiet li hemm riferenza għalihom fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-kunsinni ta’ annimali u bajd qed ifaqqas suġġett għall-ittestjar fl-Istati Membri ta’ tqassim li jtemm l-istess kriterji fejn tidħol salmonella u dawk stabbiliti taħt programm nazzjonali approvat bi ftehim ma l-Artikolu 5(5) għal-kunsinni mqassma fit-territorju L-awtorizzazzjoni tista tkun miġbuda bi ftehim ma l-istess proċedura 3. Il-miżuri speċjali li jikkonċernaw is-salmonella li japplikaw għall-annimali ħajjin mqassma lill-Fillandja u l-Isvezja qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament jkomplu japplikaw bħallikieku kienu awtorizzati fi ftehim mal-paragrafu 2. 4. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 5(6), liġijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta’ kriterji li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 5(5) u fil-paragrafu 2 hawn fuq, jistghu jkunu stabbiliti bi ftehim mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(2) Artikolu 10 Importazzjoni minn terzi pajjiżi 1. Mid-dati msemmja fl-Anness I, kolonna 5, l-ammissjoni jew żamma fuq il-listi ta’ pajjiżi terżi provduti fil-leġislazzjoni tal-komunità, għall-ispeċi relevanti jew kategorija, minn liema Stati Membri huma awtorizzati biex jimportaw dawk l-annimali jew bajd li jfaqqas mgħotti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni minn pajjiżi terżi konċernati bi programmi ekwivalenti għal dawk provduti taħt l-Artikolu 5 u l-approvazzjoni tiegħu bi ftehim ma dan l-artikolu. Dan il-programm ghandu jaghti dettalji tal-garanti offruti minn dak il-pajjiz fir-rigward ta’ spezzjonijiet u kontrolli ghal agenti żonożi u zoonotici. Dawk il-garanti jridu jkunu almenu ekwivalenti ghall-garanti previsti minn dan ir-Regolament. L-Ufficcju Veterinarju u ta’ l-Ikel tal-Kummissjoni se jkun involut mill-qrib f’ moniteragg biex jivverifika jekk jezistux programmi ta’ kontroll ekwivalenti f’ terzi pajjizi. 2. Dawn il-programmi għandhom ikunu approvati bi ftehim mal-proċeduri li hemm riferenza għalihom f’’L-Artikolu 14(2) provdut li l-ekwivalenti tal-miżuri deskritti taħt il-programm bil-ħtiġiet rilevanti applikabbli taħt liġijiet tal-komunità tkun oġġettivament dimostrata. Garanziji alternattivi għal dawk provdut għalihom f’dan ir-Regolament jistghu jkunu permessi bi ftehim ma dik il-proċedura, bil-patt li ma jkunux iktar favorevoli minn dawk applikabbli għall-kummerċ intra-komunitarju 3. Għal terzi pajjiżi fejn kummerċ regolari huwa stabbilit, il-proviżjonijiet ta’ l-Artikolu 5(7) u l-Artikolu 6(1) li jikkonċernaw perjodi ta’ żmien għas-sottomissjoni u approvazzjoni ta’ programmi għandhom japplikaw. Għall-pajjiżi terżi li jistabbilixxu jew jibdew kummerċ mill-gdid, il-perjodi ta’ żmien li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 6 għandu japplika 4. Merħliet u ġemgħat ta’ oriġini u speċie li hemm fil-lista fl-Anness 1 kolonna 2, għandhom jiġu testjati qabel kull tqassim ta’ annimali ħajjin jew bajd li jfaqqsu mill-post kummerċjali ta’ oriġini. Merħliet u ġemgħat għandhom ikunu testjati għall-aġenti żonożi u żonotiċi li hemm fil-lista ta’ l-Anness 1 kolonna C jew jekk neċessarju jiksbu l-għan ta’ garanziji ekwivalenti stabbiliti fil-paragrafu 1, aġenti żonożi u żotoniċi li jistghu jkunu speċifikati fi ftehim mal-proċeduri li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 14(2). Id-data u r-riżultat ta' l-ittestjar għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikati ta’ importazzjoni rilevanti, għal liema mudelli li ġew stabbiliti mill-komunità jkunu emendati kif ġej. 5. L-Istat Membru tad-destinazzjoni finali jista jkun awtorizzat bi qbil mal-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 14(2) li jirrikjedi perjodi ta’ transizzjoni sabiex ir-riżultati ta’ l-ittestjar li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 4 jaderixxu ma l-istess kriterji bħal dawk stabbiliti taħt il-programm nazzjonali, bi ftehim ma l-artikolu 5(5)L-awtorizzazzjoni tista' tkun irtirata u mingħajr preġudizzju lill-Artikolu 5(6); liġijiet speċifiċi li jikkonċernaw kriterji bħal dawn jistgħu jkunu stabbiliti, bi ftehim mal-proċeduri li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 14(2) 6. Ammissjoni u zamma fuq il-listi ta’ pajjiżi terżi li hemm provdut għalihom fil-leġislazzjoni tal-komunità, għall-kategoriji rilevanti ta’ prodotti, minn liema Stati Membri huma awtorizzati biex jimportaw dawn il-prodotti koperti min dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni mit-tielet pajjiż ikkonċernat tal-garanziji ekwivalenti għal dawk ipprovduti għalih f’dan ir-Regolament Il-KAPITOLU VI LABORATORJI Artikolu 11 Referenza tal-laboratorji 1. Laboratorji tal-komunità għall-analiżi u testjar ta’ kolonna 1, għandhom jinhatru bi qbil mal-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 14(2). 2. Ir-responsabbilitajiet u x-xogħol tal-laboratorji b’ referenza tal-komunità b’mod partikolari rigward il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom u dawk tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim mal-proċedura li hemm referenza għaliha f’’L-artikolu 14(2) 3. L-Istati Membri għandhom jinnominaw Laboratorji nazzjonali ta’ referenza għal analiżi u testjar ta’ aġenti żonożi u żonotiċi fil-lista ta’ l-Anness 1 kolonna 1. L-ismijiet u l-indirizz tal-laboratorji għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni 4. Ċerti responsabbilitajiet u xogħlijiet tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali, b’mod partikolari meta tidħol koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom u dawk ta’ laboratorji relevanti fi Stati membri innominati taħt l-Artikolu 12(1) (a) jistghu jkunu stabbiliti bi ftehim mal-proċedura li hemm riferenza għaliha f’’L-artikolu 14(2) Artikolu 12 Approvazzjoni tal-laboratorji, ħtiġiet tal-kwalità u approvazzjoni ta’ metodi ta’ testjar 1. Laboratorji li jipparteċipaw fi programmi ta’ kontroll wara l-Artikoli 5 u 7 għal raġunijiet ta’ analiżi ta’ kampjuni biex issir ezami għall-prezenza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi b’referenza għall-Anness 1, kolonna 1 (a) biex ikunu nominati minn awtorità kompetenti u (b) japplikaw sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li jikkonformaw ma EN/ISO l-aktar tard fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew fi żmien 24 xahar b’żidea ta aġenti ġodda ta’ żonożi u żonotiċi lill-Anness 1 Kolonna 1 2. Laboratorji għandhom jipparteċipaw b’mod regolari f’ittestjar kollaborattiv jew koordinat mil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali 3. L-ittestjar għall-preżenza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi li hemm referenza għalihom f’L-Anness 1, kolonna 1, għandu jsir bl-użu tal-metodi u protokoll irrakkmandat mill-korp ta’ livell internazzjonali, bħala metodu ta’ referenza Metodi alternattivi jistgħu jiġu wżati jekk ġew validati bi ftehim ma liġijiet li ġew mgħarrfa mill-aspett internazzjonali u joffru riżultati ekwivalenti għal dawk miġjuba bil-metodu ta’ referenza rilevanti Fejn necessarju, metodi oħra għall-ittestjar jistghu jkunu approvati bi ftehim mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(2) Il-KAPITOLU VII IMPLIMENTAZZJONI Artikolu 13 Miżuri tranżitorji u tat-twettiq Miżuri transitorji u ta’ implimentazzjoni xierqa, li jinkludu l-emendi neċessarji għaċ-ċertifikati ta’ saħħa rilevanti li jistgħu jiġu addottati bi ftehim mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(2) Artikolu 14 Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit ghall-Katina ta’ l-Ikel u Saħħa ta’ l-Annimali mwaqqaf mir-Regolament (KE) No 178/2002 (minn hawn ìl quddiem riferut bħala ‘il-Kumitat’) 2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Artikolu 15 Konsultazzjoni lill-Awtorita Ewropea ghal Sigurta ta' Ikel Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Awtorità Ewropea ghal Sigurtà ta' Ikel fuq kull affari fil-mira ta’dan ir-Regolament li jista jkollha impatt sinjifikanti fuq saħħa pubblika u b’mod partikolari qabel ma tipproponi versalli tal-komunità bi ftehim ma l-Artikolu 4 jew metodi ta’ kontroll speċifiku bi ftehim ma l-Artikolu 8. Artikolu 16 Rapport fuq arranġamenti finanzjarji 1. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tlett snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Ir-rapport għandu jiddiskuti: (a) L-arranġamenti li jseħħu, fil-komunità u livell nazzjonali, għall-miżuri ta’ finanzi meħudin biex jikkontrollaw aġenti żonożi u żonotiċi, u (b) l-effett li dawn l-arranġamenti jkollhom fuq l-effettività ta’ dawk il-miżuri. 3. Il-Kummissjoni għandha fejn xieraq takkumpanja r-rapport tagħha bi proposti rilevanti. 4. L-Istati Membri għandhom fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-assistenza kollha neċessarja biex tkun tista tipprepara r-rapport. Il-KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 17 Kontrolli tal-Komunità 1. Esperti mill-Kummissjoni ser jagħmlu kontrolli fuq il-post b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, halli jiżguraw li l-proviżjonijiet ta’ dan ir-Regolament, reġoli addattati li jsegwu u xi miżuri ta’ sigurtà huma applikati b’mod uniformi. Stat Membru fuq liema territorju kontrolli huma magħmulha għandu jipprovdi l-esperti bl-assistenza neċessarja għall-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti bir-riżultati tat-testijiet magħmulha. 2. Regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-iggvernar tal-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14(2). Artikolu 18 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda jgħodd sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, is-17 Novembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox F’isem il-Kunsill Il-President G. Alemanno [1] ĠU C 304 E, tat-30.10.2001, p. 260. [2] ĠU C 94, tat-18.04.2002, p. 18. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-15 ta' Mejju 2002 (ĠU C 180 E, tal-31.7.2003, p. 160), Kunsill tal-Pożizzjoni Komuni ta’ l-20 Frar 2003 (ĠU C 90 E, tal-15.4.2003, p. 25) u posiżżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2003 (għadu mhux ippubblikat fil-Gurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 Settembru 2003. [4] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 38. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). [5] ĠU L 113, tat-30.04.1997, p. 9. [6] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 1226/2002 (ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13). [7] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Direttiva emendata l-aħħar bir-Regolament(KE) No 806/2003. [8] ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 31. [9] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Direttiva l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 807/2003 (ĠUL 122, tas-16.5.2003, p. 36). [10] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6. Direttiva l-ahhar emendata minn Regolament (KE) Nru. 806/2003. [11] ĠU L 371, tal-31.12.94, p. 36. [12] ĠU L 53, tad-9.03.1995, p. 31. [13] ĠU L 105 tad-9.5.1995, p. 40. DEĊIŻJONI kif l-aħħar emendata Nru 97/278KE (ĠUL 110, tas-26.4.1997, p. 77). [14] ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 44. DEĊIŻJONI kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/278/KE. [15] ĠU L 109, tas-16.5.1995, p. 44. DEĊIŻJONI kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni nru 97/278/KE. [16] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 21. DEĊIŻJONI Nru kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 98/227/KE (ĠU L 87, tal-21.3.1998, p. 14). [17] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 25. DEĊIŻJONI Nru kif emendat l-aħħar bid-deċiżjoni 98/227/KE. [18] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 29. DEĊIŻJONI Nru kif emendat l-aħħar bid-deċiżjoni 98/227/KE. [19] ĠU L 31, ta[rsquo] l-1.02.2002, p. 1. [20] ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23. -------------------------------------------------- ANNESS I Iz-Zoonosi u l-aġenti zoonotiċi li għalihom iridu jiġu stabbiliti l-miri Komunitarji għat-tnaqqis tal-prevalenza skond l-Artikolu 4 1.Iz-Zoonosi jew l-aġent zoonotiku | 2.Il-Popolazzjoni ta' l-annimali | 3.L-Istadju fil-katina ta' l-ikel | 4.L-Aħħar data li fiha trid tiġi stabbilita l-mira | 5.L-Aħħar data li fiha jrid isir it-testjar | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Il-qatgħat tat-tnissil tal-Gallusgallus | Il-Produzzjoni primarja | Tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | It-Tiġieġ li jbidu | Il-Produzzjoni primarja | Erbgħa u għoxrin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Il-Kapuċċelli | Il-Produzzjoni primarja | Sitta u tletin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Id-Dundjani | Il-Produzzjoni primarja | Tmienja u erbgħin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Il-Merħliet tal-ħnieżer tal-qatla | Il-Qatla | Tmienja u erbgħin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Il-Merħliet tal-ħnieżer tat-tnissil | Il-Produzzjoni primarja | Sittin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 | -------------------------------------------------- ANNESS II IL-KONTROLL TAZ-ZOONOSIJIET U L-AĠENTI ZOONOTIĊI ELENKATI FL-ANNESS I A. Il-Ħtiġiet ġenerali għall-programmi nazzjonali tal-kontroll Il-programm irid iqis in-natura taz-zoonosi u/jew l-aġent zoonotiku interessati u s-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru. Irid: (a) jiddikjara l-għan tal-programm billi jieħu f'konsiderazzjoni l-importanza taz-zoonosi jew l-aġent zoonotiku interessati; (b) jikkonforma mal-ħtiġiet minimi tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-parti B; (ċ) meta rilevanti, jikkonforma mal-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fil-partijiet minn Ċ sa E; u (d) jispeċifika l-punti li ġejjin: 1. Ġenerali 1.1. L-okkorrenza taz-zoonosi jew ta' l-aġent zoonotiku interessati fl-Istati Membri b'riferiment speċjali għar-riżultati miksuba fil-qafas tal-monitoraġġ skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE. 1.2. Iz-zona ġeografika jew, meta approprjat, l-unitajiet epidermjoloġiċi, li fihom irid jiġi implimentat il-programm. 1.3. L-istruttura u l-organizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti rilevanti. 1.4. Il-laboratorji approvati fejn jiġu analizzati l-kampjuni miġbura ġewwa l-programm. 1.5. l-Metodi wżati fl-eżaminazzjoni taz-zoonosi jew ta' l-aġent zoonotiku. 1.6. Il-kontrolli uffiċjali (inklużi l-iskemi tat-teħid tal-kampjuni) fil-livell tal-għalf, il-qatgħa jew il-merħla. 1.7. Il-kontrolli uffiċjali (inklużi l-iskemi tat-teħid tal-kampjuni) fi stadji oħra tal-katina ta' l-ikel. 1.8. Il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rigward l-annimali jew il-prodotti li fihom ġew mikxufa zoonosijiet jew aġenti zoonotiċi, b'mod partikolari għalbiex tiġi protetta s-saħħa pubbika; u kull miżura protettiva meħuda, bħat-tilqim. 1.9. Il-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti, inkluża kull disposizjoni nazzjonali li tirrigwarda l-attivitajiet riferiti fl-Artikolu 1(3)(b). 1.10. Kull assistenza finanzjarja pprovvduta għan-negozji ta' l-ikel u tal-għalf fil-kuntest tal-programm nazzjonali tal-kontroll; 2. Fejn jirrigwarda n-negozji ta' l-ikel u tal-għalf koperti bil-programm 2.1. L-istruttura tal-produzzjoni ta' l-ispeċje mogħti u tal-prodotti minnu. 2.2. L-istruttura tal-produzzjoni tal-għalf. 2.3. Il-gwidi rilevanti għall-prattiċi t-tajba tat-trobbija ta' l-annimali u linji gwidi oħra (mandatorji jew volontarji) li għall-inqas jiddefnixxu: - il-ġestjoni ta' l-iġjne fl-irziezet, - il-miżuri għalbiex jipprevjienu l-infezzjonijiet li jkunu sejrin jiġru miġrura mill-annimali, il-għalf, l-ilma tax-xorb, in-nies li jaħdmu fl-irziezet, u - l-iġjene fit-trasport ta' l-annimali lejn l-irziezet u minnhom. 2.4. Is-sorveljanza veterinarja tar-rutina fl-irziezet. 2.5. Ir-Reġistrazzjoni ta' l-irziezet. 2.6. Iż-żamma tar-reġistri fl-irziezet. 2.7. Id-dokumenti li jakkumpanjaw l-annimali meta jiġu ddispaċċjati. 2.8. Miżuri oħra rilevanti għalbiex tiġi żgurata t-traċċjabbiltà ta' l-annimali. B. Il-Ħteġijiet minimi tat-teħid tal-kampjuni 1. Wara li jkun ġie approvat il-programm rilevanti tal-kontroll riferit fl-Artikolu 5, l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel irid ikollhom kampjuni meħuda u analizzati għalbiex jittestjaw għaz-zoonosijiet u l-aġenti zoonotiċi elenkati fil-kolonna 1 ta' l-Anness I, li jirrispettaw il-ħtiġiet minimi tat-teħid tal-kampjuni ddikjarati fit-tabella li ġejja. 1.Iz-Zoonosi jew l-aġent zoonoriku | 2.Il-Popolazzjoni ta' l-annimali | 3.Il-Fażijiet tal-produzzjoni li t-teħid tal-kampjuni jrid ikopri | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Il-qatgħat tat-tnissil tal-Gallus gallus | | —il-merħliet tat-trobbija | il-flieles ta' jumit-tjur ta' erba' ġimgħatġimagħtejn qabel il-moviment lejn il-fażi tal-għemil tal-bajd jew l-unità tal-għemil tal-bajd | —il-merħliet adulti tat-tnissil | —kull ġimgħa matul it-tieni perjodu tal-għemil tal-bajd | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | It-tiġieġ li jbidu | | —il-merħliet tat-trobbija | il-flieles ta' jumgħattuq ġimagħtejn qabel il-moviment lejn il-fażi tal-għemil tal-bajd jew l-unità tal-għemil tal-bajd | —il-qatgħat li jbidu | —kull 15-il ġimgħa matul il-fażi tal-għemil tal-bajd | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Il-Kapuċċelli | —it-tjur li jkunu sejrin għall-qatla | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Id-Dundjani | —it-tjur li jkunu sejrin għall-qatla | Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika | Il-Merħliet tal-ħnieżer: Il-ħnieżer tat-tnissilil-ħnieżer tal-qatla | l-annimali li jkunu sejrin għall-qatla jew il-karkassi fil-biċċerijal-annimali li jkunu sejrin għall-qatla jew il-karkassi fil-biċċerija | 2. Il-Ħtiġiet stabbiliti fl-punt 1 huma mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tal-leġislazzjoni Komunitarja li tirrigwarda l-ispezzjon ta' qabel il-mewt. 3. Ir-riżultati ta' l-analiżi jridu jiġu rreġistrati, flimkien mat-tagħrif li ġej: (a) id-data u l-post tat-teħid tal-kampjuni; u (b) l-identifikazzjoni tal-qatgħa/merħla. 4. Jistgħu ma jintużawx it-testijiet immunoloġiċi jekk l-annimali jkunu tlaqqmu, għajr jekk ikun ġie ppruvat illi l-vaċċin ma jinterferix mal-metodu tat-test applikat. Ċ. Il-Ħtġiet peċifiċi li jirrigwardaw il-qatgħat tat-torbija tal-Gallus gallus 1. Il-miżuri stabbiliti fil-punti minn 3 sa 5 jistgħu jittieħdu kulmeta l-analiżi tal-kampjun mwettaq skond il-parti B jindika l-preżenza tas-Salmonella enteridis jew is-Salmonella typhimirium f'qatgħa tat-tnissil tal-Gallus gallus fiċ-ċirkosanzi ddikjarati fil-punt 2. 2. (a) Jekk l-awtorità kompetenti tkun approvat il-metodu ta' l-analiżi wżat għall-kampjuni meħuda skond il-parti B, tista' teħtieġ illi jittieħdu l-miżuri stabbiliti fil-punti minn 3 sa 5 meta dan l-analiżi jikxef il-preżenza tas-Salmonella enteritidis jew tas-Salmonella typhimurium. (b) Inkella, iridu jittieħdu l-miżuri stabbiliti fil-punti minn 3 sa 5 kulmeta l-awtorità kompetenti tikkonferma suspett tal-preżenza tas-Salmonella enteritidis jew tas-Salmonella typhimurium li joħorġu mill-analiżi tal-kampjuni mwettqa skond il-parti B. 3. Il-Bajd mhux inkubat mill-qatgħa jrid jiġi meqrud. Madankollu, dan il-bajd jista' jiġi wżat għall-konsum mil-bnidem jekk jiġi ttrattat f'manjiera li tiġġarantixxi l-eliminazzjoni tas-Salmonella enteritidis jew tas-Salmonella typhimurium skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjne ta' l-ikel. 4. It-tjur kollha. inklużi l-flieles ta' jum, fil-qatgħa jridu jiġu maqtula jew meqruda hekk illi jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li tinfirex is-salmonella. Il-qtil irid jitwettaq skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel. Il-prodotti dderivati minn dawn it-tjur jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel u, jekk tapplika, il-parti E. Jekk ma jkunux iddestinati għall-konsum mill-bniedem, dawn il-prodotti jistgħu jintużaw jew isir disponiment minnhom skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem [2]. 5. Meta l-bajd għat-tifsiq minn ġemgħat ta' tjur li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-eżistenza tas-Salmonella enteriditis jew tas-Salmonella typhimurium ikun għadu preżenti fil-mafqas, irid jiġi meqrud jew ittrattat skond id-Direttiva 1774/2002/KEE. D. Il-Ħtiġiet speċifiċi li jirrigwardaw il-qatgħat tat-tiġieġ li jbidu 1. B'effett minn 72 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-bajd ma jridx jintuża għall-konsum dirett mill-bniedem (bħala bajd tal-mejda) għajr jekk joriġina minn qatgħa kummerċjali ta' tiġieġ li jbidu bla ħsara għall-programm nazzjonali stabbilit skond l-Artikolu 5 u li ma jkunx taħt ir-restrizzjoni uffiċjali. 2. Il-bajd li joriġina minn qatgħat bi status tas-saħħa mhux magħruf, li jkun issuspettat li jkun infettat jew minn qatgħat infettati, jista' jintuża għall-konsum mill-bniedem biss jekk ikun ittrattat f'manjiera li tiggarantixxi l-eliminazzjoni tas-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel. 3. Meta jiġu maqtula jew meqruda t-tjur minn qatgħat infettati, iridu jittieħdu passi għalbiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju tat-tifrix taz-zoonosijiet. Il-qtil irid jitwettaq skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel. Il-prodotti dderivati minn dawn it-tjur jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel u, jekk tapplika, il-parti E. Jekk ma jkunux iddestinati għall-konsum mill-bniedem, dawn il-prodotti jridu jintużaw jew isir disponiment minnhom skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. E. Il-Ħtiġiet speċifiċi li jirrigwardaw il-laħam frisk 1. B'effet minn 84 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-laħam frisk tat-tjur mill-annimali elenkati fl-Anness I ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem għajr jekk jissodisfa l-kriterju li ġej: "Is-Salmonella: nieqsa f'25 gramma". 2. Fi żmien 72 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iridu jiġu stabbliti regoli ddettaljati għal dan il-kriterju skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 13(2). Dawn iridu jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-iskemi tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi analitiċi. 3. Il-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1 ma japplikax għal-laħam frisk tat-tjur iddestinat għat-trattament idustrijali tas-saħħa jew trattament ieħor għalbiex jelimina s-salmonella skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel. [2] ĠU L 273, tal-10.10.2002, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS III Il-Kriterji speċifiċi għalbiex jistabbilixxu s-serotipi tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit liema huma s-serotipi tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika li għalihom iridu japplikaw il-miri Komunitarji, iridu jitqiesu l-kriterji li ġejjin: 1. l-iktar serotipi frekwenti tas-salmonella fis-salmonellosi umana fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura permezz tas-sistemi tal-monitoraġġ tal-KE; 2. ir-rotta ta' l-infezzjoni (jiġifieri, il-preżenza tas-serotip fil-poplazzjonijiet u fil-għalf rilevanti ta' l-annimali); 3. jekk serotip jurix abbiltà rapida u reċenti li jitferrex u jikkawża mard fil-bniedem jew fl-annimali; 4. jekk serotip jurix vjolenza miżjuda, per eżempju rigward l-invażjoni, jew ir-reżistenza għat-terapiji rilevanti għall-infezzjonijiet umani --------------------------------------------------