This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0093
Council Directive 2003/93/EC of 7 October 2003 amending Council Directive 77/799/EEC concerning mutual assistance by the competent authorities of the Member States in the field of direct and indirect taxation
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/93/KE tas-7 ta' Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE rigward l-għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' tassazzjoni diretta u indiretta
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/93/KE tas-7 ta' Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE rigward l-għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' tassazzjoni diretta u indiretta
ĠU L 264, 15.10.2003, pp. 23–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Impliċitament imħassar minn 32011L0016
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31977L0799 | Emenda | artikolu 1.1 | 15/10/2003 | |
Modifies | 31977L0799 | Emenda | artikolu 1.5 | 15/10/2003 | |
Modifies | 31977L0799 | Sostituzzjoni | artikolu 7.1 | 15/10/2003 | |
Modifies | 31977L0799 | Sostituzzjoni | titolu | 15/10/2003 | |
52001PC0294(02) |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32011L0016 | 02/01/2013 |
Official Journal L 264 , 15/10/2003 P. 0023 - 0024
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/93/KE tas-7 ta' Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE rigward l-għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' tassazzjoni diretta u indiretta IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 93 u 94 tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni [1], Wara li kkonsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkonsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi: (1) Sabiex jikkumbatti l-evażjoni tat-taxxa dwar il-valur miżjud (VAT) huwa meħtieġ li jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-amministraturi tat-taxxa ġewwa l-Komunità u bejn din ta' l-aħħar u l-Kummissjoni skond il-prinċipji komuni. (2) Għal dan l-iskop, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 213/92 [4], li żied, rigward il-VAT, is-sistema ta' koperazzjoni stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 rigward għajuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' tassazzjoni diretta u indiretta [5], ġie mibdul bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1793/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa dwar il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru. 218/92 [6] Ir-Regolament ta' l-aħħar jistabbilixxi d-disposizzjonijiet kollha relatati mal-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT, eskluża l-għajnuna reċiproka kif prevista bid-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta' Marzu 1976 dwar għajnuna reċiproka biex jiġu rkuprati asserzjonijiet rigward ċerti imposti, dazji, tassi u miżuri oħra [7]. (3) L-iskop ta' għajnuna reċiproka stipulat bid-Direttiva 77/799/KEE għandu jiġi estiż għal tassazzjoni tal-premiums ta' l-assigurazzjoni msemmija fid-Direttiva 76/308/KEE hekk li jipproteġi aktar l-interessi finanzjarji ta' l-Istati Membri u n-newtralità fis-suq intern. (4) Id-Direttiva tal-KEE 77/799 għandha għalhekk tkun emendata f'dan is-sens, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva tal-KEE 77/799 hija b'din emendata kif ġej: 1. It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej: "Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 rigward l-għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam ta' tassazzjoni diretta, ċerti dazji tas-sisa u tassazzjoni ta' premiums ta' l-assigurazzjoni"; 2. fl-Artikolu 1(1), l-ewwel inċiżjoni għandha tinbidel b'dan li ġej: "— tassazzjoni ta' premiums ta' l-assigurazzjoni msemmija fis-sitt inċiżjoni ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE,"; 2(a) fl-Artikolu 1(5), il-kliem taħt l-intestatura "fir-Renju Unit" għandu jinbidel b'dan li ġej: "Il-Kummissjunarji tad-Dwana u s-Sisa jew rappreżentant awtorizzat għall-informazzjoni meħtieġa rigward taxxi fuq premiums ta' assigurazzjoni u dazju tas-sisa. Il-Kummissjonarji ta' l-Inland Revenue jew rappreżentant awtorizzat għall-informazzjoni l-oħra kollha."; 2(b) fl-Artikolu 1(5) il-kliem taħt "fl-Italja" għandhom jinbidlu b'dan li ġej: "Il ministro dell'economia e delle finanze jew rappreżentant awtorizzat." 3. L-Artikolu 7(1) għandu jitbiddel b'dan li ġej: "1. L-informazzjoni kollha mgħarrfa lil Stat Membru skond din id-Direttiva għandha tinżamm sigrieta f'dak l-Istat bl-istess mod bħal informazzjoni li jirċievi skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu. F'kull każ, din l-informazzjoni: - tista' ssir disponibbli biss lill-persuni direttament involuti fl-assessjar tat-taxxa jew fil-kontroll amministrattiv ta' dak l-assessjar, - tista' tkun mgħarrfa biss b'konnessjoni mal-proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti amministrattivi li jinvolvu sanzjonijiet meħuda bl-iskop li, jew relatati ma', l-għemil jew reviżjoni ta' l-assessjar tat-taxxa u lil dawk il-persuni biss li huma direttament involuti f'dawn il-proċedimenti; din l-informazzjoni tista', madankollu, tkun żvelata matul seduti pubbliċi jew f'sentenzi jekk l-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun jipprovdi l-informazzjoni ma jkollu l-ebda oġġezzjoni. - m'għandha fl-ebda ċirkustanzi tintuża għal skopijiet għajr dawk ta' tassazzjoni jew rigward proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti amministrattivi li jinvolvu sanzjonijiet meħuda bl-iskop li, jew rigward ta', l-għemil jew reviżjoni ta' l-assessjar tat-taxxa. B'żieda ma' dan, Stati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għall-informazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu li għandha tintuża għall-assessjar ta' imposti, dazji u taxxi oħra koperti bl-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/308/KEE [8]." Artikolu 2 Riferenzi magħmula għad-Direttiva 77/799/KEE relatati mat-taxxa dwar il-valur miżjud (VAT) għandhom jiġu interpretati bħala riferenzi għar-Regolament (KE) Nru 1798/2003. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel il-31 ta' Diċembru 2003. Għandhom jgħarrfu bihom minnufih lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-riferenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif din ir-riferenza għandha ssir. 2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fil-Lussemburgu, fis-7 ta' Ottubru 2003. F'isem il-Kunsill Il-President G. Tremonti [1] ĠU C 270 E, tal-25.9.2001, p. 96. [2] ĠU C 284 E, tal-21.11.2002, p. 121. [3] ĠU C 80, tat-3.4.2002, p. 76. [4] ĠU L 24, ta' l-1.2.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 792/2002 (ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 1). [5] ĠU L 336, tas-27.1.1977, p. 15. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-1994 dwar l-Adeżjoni. [6] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [7] ĠU L 73, tad-19.3.1976, p. 18. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/44/KE (ĠU L 175, tat-28.6.2001, 17. [8] ĠU L 73, tad-19.3.1976, p. 18. --------------------------------------------------