Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0444

    Kawża C-444/22 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2022 minn Leon Leonard Johan Veen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-436/21, Veen vs Europol

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/22


    Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2022 minn Leon Leonard Johan Veen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ April 2022 fil-Kawża T-436/21, Veen vs Europol

    (Kawża C-444/22 P)

    (2022/C 340/29)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Partijiet

    Appellant: Leon Leonard Johan Veen (rappreżentant: M. Mandzák, advokát)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

    Talbiet

    tannulla s-sentenza appellata kollha kemm hi;

    tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

    tordna lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appell ikopri total ta’ erba’ aggravji. Il-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni ġuridika żbaljata tal-kawża u applikat b’mod żbaljat id-dritt sostantiv, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà tal-konvenuta għad-danni u l-obbligu tagħha li tipproċessa d-data personali fil-kuntest ta’ kontroverifika. Barra minn hekk il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet b’mod żbaljat in-nuqqas ta’ rabta kawżali bejn l-aġir tal-konvenuta u l-avveniment li wassal għad-dannu u mmotivat is-sentenza appellata b’mod insuffiċjenti.


    Top