Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0726

    Kawża C-726/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Instituto Madrileño de Investigación y Desarrollo Agrario y Alimentario vs JN

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Instituto Madrileño de Investigación y Desarrollo Agrario y Alimentario vs JN

    (Kawża C-726/19)

    (2019/C 432/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Madrid

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Instituto Madrileño de Investigación y Desarrollo Agrario y Alimentario

    Konvenuta: JN

    Domandi preliminari

    1)

    L-istabbiliment ta’ kuntratt temporanju bħall-kuntratt għal żmien determinat (interinidad) sabiex timtela pożizzjoni vakanti, li t-tul tiegħu jitħalla fl-arbitrarjetà tal-persuna li timpjega sabiex tiddeċiedi jekk timlix (jew le) il-pożizzjoni vakanti, meta jsir l-imsemmi mili u t-tul tal-proċedura ta’ mili, jista’ jitqies li huwa konformi mal-effett utli tal-klawżoli 1 u 5 tad-Direttiva 1999/70 (1)?

    2)

    Għandu jiġi kkunsidrat li l-obbligu stipulat fil-klawżola 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE li tistabbilixxi miżura waħda jew iktar li jinsabu fiha sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji ġie traspost fid-dritt Spanjol fir-rigward ta’ kuntratt għal żmien determinat (interinidad) għall-mili ta’ pożizzjoni vakanti, li għalih skont il-ġurisprudenza ma hemm l-ebda tul massimu ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol temporanji u lanqas ma hemm raġuni oġġettiva li tiġġustifika t-tiġdid tagħhom u lanqas l-ebda numru ta’ tiġdid ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol?

    3)

    Il-fatt li ma hemmx fid-dritt Spanjol, konformement mal-ġurisprudenza, miżura effikaċi sabiex tipprevjeni jew tikkastiga l-abbużi kontra ħaddiema li għandhom kuntratt għal żmien determinat (interinidad) sabiex timtela pożizzjoni vakanti jippreġudika l-iskop u l-effett utli tal-ftehim qafas, peress li ma hemm l-ebda tul massimu totali tar-relazzjonijiet ta’ impjieg, li qatt ma jsiru għal żmien indeterminat jew għal żmien indeterminat mhux permanenti, anki meta jkunu għaddew ħafna snin, la xi kumpens għall-ħaddiema li jitkeċċew u lanqas xi obbligu għall-amministrazzjoni li tiġġustifika t-tiġdid tar-relazzjoni ta’ xogħol temporanju (interina) meta, għal bosta snin, ma tinkludix il-pożizzjoni vakanti f’avviż ta’ impjieg pubbliku jew iddewwem il-proċedura ta’ reklutaġġ?

    4)

    Relazzjoni ta’ xogħol mingħajr limiti ta’ żmien, li t-tul tagħha, skont il-ġurisprudenza tas-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2018, Montero Mateos (C-677/16, EU:C:2018:393) (2), hija twila iżjed mis-soltu u tiddependi biss fuq ir-rieda tal-persuna li timpjega, mingħajr ebda limitu jew ġustifikazzjoni, li l-ħaddiem ma jistax jipprevedi t-tmiem tagħha u li tista’ ddum sakemm jirtira bil-pensjoni, għandha titqies li hija konformi mal-għan tad-Direttiva 1999/70/KE tal-Kunsill jew inkella li hija abbużiva?

    5)

    Skont is-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C-331/17, EU:C:2018:859) (3), jista’ jiġi kkunsidrat li l-kriżi ekonomika tal-2008 tista’ tiġġustifika b’mod astratt l-assenza ta’ kwalunkwe miżura ta’ prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg suċċessivi għal żmien determinat, fis-sens tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, li tista’ tevita jew tiskoraġġixxi l-estensjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol bejn ir-rikorrenti u l-Komunità Awtonoma ta’ Madrid mill-2003 sal-2008 u t-tiġdid tagħha sal-2016, li għalhekk ittawwal ir-relazzjoni ta’ impjieg temporanju għal 13-il sena?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

    (2)  Sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2018, Montero Mateos (C-677/16, EU:C:2018:393).

    (3)  Sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C-331/17, EU:C:2018:859).


    Top