This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0721
Case C-721/19: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 23 September 2019 — Sisal SpA v Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia and delle Finanze
Kawża C-721/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Sisal SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze
Kawża C-721/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Sisal SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze
ĠU C 432, 23.12.2019, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Sisal SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze
(Kawża C-721/19)
(2019/C 432/30)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sisal SpA
Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, u fl-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tiegħu, li jipprevedi li “1. B’applikazzjoni tal-Artikolu 21(3) u (4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, l-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji għandha tawtorizza t-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, relatata mal-ġbir, anki mill-bogħod, tal-lotteriji nazzjonali bi tlugħ instantanju, sal-aħħar terminu previst fl-Artikolu 4(1) tal-att ta’ konċessjoni, b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018”, f’sitwazzjoni fejn:
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, li, bl-għan iddikjarat li tapplika l-Artikolu 21(3) u (4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, tipprevedi li “l-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji għandha tawtorizza t-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, relatata mal-ġbir, anki mill-bogħod, tal-lotteriji nazzjonali bi tlugħ instantanju, sal-aħħar terminu previst fl-Artikolu 4(1) tal-att ta’ konċessjoni, b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018”, sa fejn tipprevedi dan:
|
3) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-atti ta’ implimentazzjoni tad-digriet imsemmi iktar ’il fuq, u b’mod partikolari fil-Komunikazzjoni Nru 0133677 tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji tal-1 ta’ Diċembru 2017, li, bl-għan iddikjarat li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, u abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-ftehim ta’ konċessjoni għall-amministrazzjoni tal-lotteriji bi tlugħ instantanju, li jipprevedi li dan il-ftehim jista’ jiġġedded għal darba biss, ibiddel it-terminu aħħari tar-relazzjoni ta’ konċessjoni għat-30 ta’ Settembru 2028; bla ħsara, f’kull każ, għad-dispożizzjonijiet tal-istess Artikolu 4 fir-rigward tat-tqassim tat-tul tal-konċessjoni f’żewġ perijodi rispettivament ta’ ħames u ta’ erba’ snin (għaldaqstant, wara li jgħaddi l-ewwel perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Ottubru 2019, it-tkomplija b’erba’ snin oħra sal-iskadenza tat-30 ta’ Settembru 2028 hija suġġetta għall-evalwazzjoni pożittiva, min-naħa tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji, tal-andament tal-amministrazzjoni li għandha ssir sat-30 ta’ Marzu 2024); tipprevedi li l-kumpannija għandha tħallas ammont ta’ Eur 50 miljun sal-15 ta’ Diċembru 2017; ammont ta’ EUR 300 miljun sat-30 ta’ April 2018; u ammont ta’ EUR 450 miljun sal-31 ta’ Ottubru 2018;
|
4) |
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni, anki fil-każ li l-operaturi fis-settur li attwalment huma interessati li jidħlu fis-suq ma ħadux sehem fis-sejħa għal offerti oriġinali maħruġa għall-għoti tal-konċessjoni li skadiet u li tkompliet mal-konċessjonarju preċedenti, taħt il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-ġodda diġà deskritti, jew inkella l-eventwali restrizzjoni tal-aċċess għas-suq isseħħ biss fil-każ li dawn ikunu effettivament ħadu sehem fis-sejħa għal offerti oriġinali? |
(1) ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.