This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0282
Case T-282/18: Action brought on 3 May 2018 — Bernis and Others v SRB
Kawża T-282/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis et vs BUR
Kawża T-282/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis et vs BUR
ĠU C 259, 23.7.2018, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża T-282/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis et vs BUR
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis et vs BUR
(Kawża T-282/18)
2018/C 259/54Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja) u Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) tat-23 ta’ Frar 2018 rigward ABLV Bank, AS u ABLV Bank luxembourg, SA; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tlettax-il motiv.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BUR ma kellux il-kompetenza biex jadotta d-deċiżjoni tal-istralċ. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti billid ddikjara deċiżjoni formali biex ma jadottax miżuri ta’ riżoluzzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 ( 1 ). |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għal smigħ u drittiijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ. |
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
9. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
10. |
L-għaxar motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti. |
11. |
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur. |
12. |
It-tnax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR wettaq użu ħażin ta’ poter. |
13. |
It-tlettax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas tiegħu li jiżgura t-trattament tal-kwistjonijiet tar-rikorrenti mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni. |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti drittijiet tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1)