This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0568
Case T-568/18: Judgment of the General Court of 7 November 2019 — Local-e-motion v EUIPO — Volkswagen (WE) (EU trade mark — Opposition proceedings — Application for the EU figurative mark WE — Earlier national word mark WE — Relative ground for refusal — Article 8(1)(b) of Regulation (EU) 2017/1001)
Kawża T-568/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – Local-e-motion vs EUIPO – Volkswagen (WE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti WE – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 432, 23.12.2019, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – Local-e-motion vs EUIPO – Volkswagen (WE)
(Kawża T-568/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti WE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 432/56)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Local-e-motion GmbH (Dorsten, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Sprenger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek, M. Fischer u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Thiering u L. Steidle, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 (Każ R 128/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volkswagen u Local-e-motion.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Local-e-motion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |