EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0432

Kawża C-432/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena vs Balema GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel – Regolamenti (KE) Nru 510/2006 u (UE) Nru 1151/2012 – Artikolu 13(1) – Regolament (KE) Nru 583/2009 – Artikolu 1 – Reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aceto Balsamico di Modena (IĠP)” – Protezzjoni tal-komponenti mhux ġeografiċi ta’ din id-denominazzjoni – Portata)

ĠU C 36, 3.2.2020, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena vs Balema GmbH

(Kawża C-432/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel - Regolamenti (KE) Nru 510/2006 u (UE) Nru 1151/2012 - Artikolu 13(1) - Regolament (KE) Nru 583/2009 - Artikolu 1 - Reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aceto Balsamico di Modena (IĠP)” - Protezzjoni tal-komponenti mhux ġeografiċi ta’ din id-denominazzjoni - Portata)

(2020/C 36/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consorzio Tutela Aceto Balsamico di Modena

Konvenuta: Balema GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceto Balsamico di Modena (IĠP)], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tad-denominazzjoni “Aceto Balsamico di Modena” ma tkoprix l-użu tal-kelmiet individwali mhux ġeografiċi ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


Top