This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0333
Case T-333/17: Judgment of the General Court of 24 October 2019 — Austrian Power Grid and Vorarlberger Übertragungsnetz v ACER (Energy — Decision of the Board of Appeal of ACER — Determination of the capacity calculation regions — Action for annulment — Interest in bringing proceedings — Inadmissible in part — Regulation (EU) 2015/1222 — ACER’s competence)
Kawża T-333/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz vs ACER (“Enerġija – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER – Determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Regolament (UE) 2015/1222 – Kompetenza tal-ACER”)
Kawża T-333/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz vs ACER (“Enerġija – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER – Determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Regolament (UE) 2015/1222 – Kompetenza tal-ACER”)
ĠU C 432, 23.12.2019, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz vs ACER
(Kawża T-333/17) (1)
(“Enerġija - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER - Determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà parzjali - Regolament (UE) 2015/1222 - Kompetenza tal-ACER”)
(2019/C 432/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Austrian Power Grid AG (Vjenna, l-Awstrija) u Vorarlberger Übertragungsnetz GmbH (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Kristoferitsch u S. Huber, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Verbund AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Polster, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent), Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. (Konstancin-Jeziorna, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Szambelańczyk, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni A-001-2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-ACER, tas-17 ta’ Novembru 2016, li tiċħad ir-rikors kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar id-determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni A-001-2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), tas-17 ta’ Novembru 2016, li tiċħad ir-rikors kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar id-determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet hija annullata safejn hija tiċħad ir-rikors ta’ Austrian Power Grid AG u ta’ Vorarlberger Übertragungsnetz GmbH. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-ACER għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Austrian Power Grid u minn Vorarlberger Übertragungsnetz. |
4) |
Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż proprji tagħhom. |
5) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, Verbund AG u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom. |