Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0010

Kawża T-10/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet — Servizzi marbuta mas-sit internet — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji ta’ għoti — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta' evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

ĠU C 436, 3.12.2018, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE

(Kawża T-10/17) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet - Servizzi marbuta mas-sit internet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji ta’ għoti - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 436/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Proof IT SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u D. Pāvila, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: J. Stuyck, V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-lott Nru 1 dwar is-sejħa għal offerti EIGE/2016/OPER/03, intitolata “Ftehim qafas dwar is-servizzi online”, u li tagħti l-kuntratt qafas lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba t-telf ta’ opportunità jew it-telf tal-kuntratt innifsu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Proof IT SIA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


Top