EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0648

Kawża C-648/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – “Balcia Insurance” SE

ĠU C 72, 26.2.2018, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – “Balcia Insurance” SE

(Kawża C-648/17)

(2018/C 072/36)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Balcia Insurance” SE

Konvenuta: AS “Baltijas Apdrošināšanas Nams”

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (1) tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (l-Ewwel Direttiva) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” jinkludi sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-ftuħ tal-bibien ta’ vettura pparkjata?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” jinkludi sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri sitwazzjoni li fiha d-dannu għall-proprjetà ta’ terzi jirriżulta mill-użu tal-vettura min-naħa ta’ passiġġier?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10.


Top