Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0068

    Kawża C-68/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – IR vs JQ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament — Attivitajiet professjonali fi knejjes jew f’organizzazzjonijiet oħrajn li l-etika tagħhom hija bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin — Rekwiżiti professjonali — Attitudni ta’ bona fide u ta’ lealtà lejn l-etika tal-Knisja jew tal-organizzazzjoni — Kunċett — Differenza fit-trattament ibbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin — Tkeċċija ta’ ħaddiem ta’ twemmin Kattoliku, li jeżerċita funzjoni maniġerjali, minħabba li reġa’ żżewweġ biċ-ċivil wara divorzju)

    ĠU C 408, 12.11.2018, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 408/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – IR vs JQ

    (Kawża C-68/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament - Attivitajiet professjonali fi knejjes jew f’organizzazzjonijiet oħrajn li l-etika tagħhom hija bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin - Rekwiżiti professjonali - Attitudni ta’ bona fide u ta’ lealtà lejn l-etika tal-Knisja jew tal-organizzazzjoni - Kunċett - Differenza fit-trattament ibbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin - Tkeċċija ta’ ħaddiem ta’ twemmin Kattoliku, li jeżerċita funzjoni maniġerjali, minħabba li reġa’ żżewweġ biċ-ċivil wara divorzju))

    (2018/C 408/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: IR

    Konvenut: JQ

    Dispożittiv

    1)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens:

    minn naħa, li knisja jew organizzazzjoni oħra li l-etika tagħha hija bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, u li tamministra sptar fil-forma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju rregolata mid-dritt privat, ma tistax tiddeċiedi li tissuġġetta lill-impjegati tagħha li jeżerċitaw pożizzjonijiet maniġerjali għal rekwiżiti ta’ attitudni ta’ bona fide u ta’ lealtà lejn din l-etika b’distinzjoni li tvarja skont it-twemmin jew in-nuqqas ta’ twemmin ta’ dawk l-impjegati, mingħajr ma din id-deċiżjoni tkun tista’, jekk ikun il-każ, tiġi suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv sabiex jiġi żgurat li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva huma ssodisfatti, u

    min-naħa l-oħra, li differenza fit-trattament, f’termini ta’ rekwiżiti bħal attitudni ta’ bona fide u ta’ lealtà lejn l-imsemmija etika, bejn impjegati li jokkupaw pożizzjonijiet maniġerjali, skont it-twemmin jew in-nuqqas ta’ twemmin tagħhom, hija konformi ma’ din id-direttiva biss jekk, fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet professjonali kkonċernati jew tal-kuntest li fih dawn jitwettqu, ir-reliġjon jew it-twemmin jikkostitwixxu rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat fid-dawl tal-etika tal-knisja jew tal-organizzazzjoni inkwistjoni u konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

    2)

    Qorti nazzjonali, adita b’kawża bejn żewġ partijiet privati, hija obbligata, meta ma tkunx tista’ tinterpreta d-dritt nazzjonali applikabbli b’mod konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, tiżgura l-protezzjoni ġuridika tal-individwi li tirriżulta mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin, li issa huwa stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u tiggarantixxi l-effett sħiħ tad-drittijiet li jirriżultaw minnhom, billi, skont il-bżonn, ma tapplikax kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja.


    (1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


    Top